Il-Vjaġġi Enċiklopediċi tiegħi, is-sensiela radjufonika fuq Campus FM, tkomplu bi programm li fih niltaqgħu ma’ diversi nies attivi fil-Moviment globali tal-Wikimedia. Dawn huwa t-tmintax-il programm, li jiġi l-ħames wieħed fit-tieni sensiela.
Din id-darba niltaqgħu ma’ Dimi Dimintrov li huwa attiv professjonalment fil-Moviment Globali tal-Wikimedia fil-kuntest tal-istituzzjonijiet Ewropej. Miegħu se nitkellmu dwar diversi affarijiet inkluż kif tidħol Malta f’aspetti tal-politika Ewropeja għad-dinja onlajn.
Fit-tieni parti, fejn nimirħu fl-odisseja enċiklopedjana nagħti wkoll ħarsa lejn kif inhuma organizzati l-kategoriji fuq il-Wikipedija bil-Malti..
Il-programmi huma disponibbli online wara li jixxandru t-Tlieta fil-4:30pm, jew fir-ripetizzjoni ta’ nhar il-Ħamis fit-3pm.
Dis-sensiela hija produzzjoni tal-M3P Foundation għal Campus FM.