Illum, 15 ta’ Jannar 2021, il-Wikipedia tagħlaq 20 sena. Għaldaqstant, l-edizzjoni ta’ din il-ġimgħa ta’ Vjaġġi Enċiklopediċi, is-sensiela tiegħi fuq Campus FM, timmarka dan l-anniversarju wkoll, sintendi. Dan huwa l-ħmistax-il programm, li jiġi it-tieni wieħed fit-tieni sensiela.
F’dan il-programm niltaqgħu ma’ Rajeeb Dutta minn Kolkata fl-Indja, li huwa attiv ħafna fuq il-Wikipedia bil-lingwa Bengaliża, fost affijiet oħra. Mingħandu nisimgħu dwar l-inizjattiva Wikipedia’s 20th Birthday Celebration: The Way I and My Family Feels.
Fit-tieni parti, fejn nimirħu fl-odisseja enċiklopedjana naraw x’hemm fuq il-Wikipedija bil-Malti li jorbot mal-Indja u nieqfu fuq artiklu dwar l-għanja nazzjonali Vande Mataram.
Il-programmi huma disponibbli online wara li jixxandru t-Tlieta fil-4:30pm, jew fir-ripetizzjoni ta’ nhar il-Ħamis fit-3pm.
Dis-sensiela hija produzzjoni tal-M3P Foundation għal Campus FM.