Vjaġġi Enċiklopediċi 012+013

Il-Vjaġġi Enċiklopediċi tiegħi fuq Campus FM ikomplu bit-tnax u t-tlettax=il programm.

Vjaġġi Enċiklopediċi ma' Toni Sant
Vjaġġi Enċiklopediċi ma’ Toni Sant fuq Campus FM

Din id-darba nagħtu ħarsa lura lejn l-2020 ma’ Neville Borg, is-segretarju ta’ Wikimedia Community Malta. Miegħu nitkellmu dwar l-attivitajiet ta’ Wikimedia Community Malta matul l-2020 u l-pjanijiet għall-2021.

Fit-tieni parti, fejn nimirħu fl-odisseja enċiklopedjana li twassalna biex naraw artikli tal-Wikipedija dwar suġġetti vajri, naraw uħud mill-artiklu li nħolqu waqt ir-Rebbiegħa CEE 2020.

Fit-tlettax il-programm jiena, Toni Sant, nagħti ħarsa lura lejn dik li effettivament kienet l-ewwel sensiela ta’ Vjaġġi Enċiklopediċi.

Il-programmi huma disponibbli online wara li jixxandru bħal-lum it-Tlieta fil-4:30pm, jew fir-ripetizzjoni ta’ nhar il-Ħamis fit-3pm.

Dis-sensiela hija produzzjoni tal-M3P Foundation għal Campus FM.

Comments

Leave a comment…