Vjaġġi Enċiklopediċi 007

Il-Vjaġġi Enċiklopediċi tiegħi fuq Campus FM ikomplu bis-seba’ programm.

Vjaġġi Enċiklopediċi ma' Toni Sant
Vjaġġi Enċiklopediċi ma’ Toni Sant fuq Campus FM

Din id-darba niltaqgħu ma’ Davide Denti, membru attiv ta’ Wikimedia Community Malta u l-moviment globali tal-Wikimedia. Miegħu nitkellmu dwar l-attivitajiet ta’ din l-għaqda voluntarja, mill-perspettiva ta’ xi ħadd li mhux Malti, iżda xi ħadd li jaf sew kemm lil Malta kif ukoll kif taħdem il-Wikipedia.

Fit-tieni parti, fejn nimirħu fl-odisseja enċiklopedjana li twassalna biex naraw artikli tal-Wikipedija dwar suġġetti vajri, naraw artiklu dwar l-Esperanto.

Il-programmi huma disponibbli online wara li jixxandru bħal-lum it-Tlieta fil-4:30pm, jew fir-ripetizzjoni ta’ nhar il-Ħamis fit-3pm.

Dis-sensiela hija produzzjoni tal-M3P Foundation għal Campus FM.

Comments

Leave a comment…