Blog

  • Mużika 21 – numru 023

    Mużika 21 – numru 023

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli fit-tieni staġun bit-tlieta u għoxrin programm.

    PARTI 1: Diski Maltin ġodda minn Frar 2022:

    The Crowns feat. Gaia – Running
    Matthew James – Wrong Reasons
    JOON – Good Times (Acoustic)
    Timothy Garrett– Everything We Know Has Changed

     

    PARTI 2: It-tema tal-programm tal-lum hija l-poeżiji ta’ Charles Casha mmużikati minn Mario Debono. Riċentament irċivejt dawn it-tliet kanzunetti mibnija fuq poeżiji ta’ Casha, b’mużika u kant ta’ Debono. Charles Casha mhux assoċjat wisq mal-mużika jew il-kant bil-Malti. Aktarx li l-aktar li hu magħruf huwa bħala l-kittieb tal-praspar ta’ Fra Mudest, għalkemm kiteb bosta affarijiet oħra matul is-snin.  Tajjeb insemmu però, li fl-ewwel edizzjoni ta’ dak li llum huwa l-Għanja tal-Poplu rebaħ dak il-festival bil-kanzunetta L-Warda interpretata minn Charles Azzopardi. Mario Debono ukoll għandu rabta tajba ma’ dan l-istess festival; mhux biss ħa sehem bosta drabi imma rebaħ ukoll darbtejn (1980 u 1986), l-ewwel darba bil-kanzunetta Noli li huwa wkoll isem l-album li ħareġ fl-2020 eżatt kif faqqgħet il-pandemija.

    It-3 kanzunetti minn din il-kollaborazzjoni ġdida huma:

    • Li Kieku Nista’
    • La Inti Qbadt u Tlaqt
    • Għada Malli Jisbaħ

    Sib l-album Noli ta’ Mario Debono fuq Apple Music

     


    Lord AdderPARTI 3:
    L-album ta’ llum huma żewġ albums li nħarġu separatement mill-istess grupp fl-istess ġurnata. Il-grupp huwa Lord Adder u l-albums huma Operation Pedestal u 1565. Dawn inħarġu fis-7 ta’ Frar fuq Spotify u YouTube.

    Minn Operation Pedestal nisimgħu:

    • Pmc
    • The Gut

    Tista’ tisma’ l-album Operation Pedestal ta’ Lord Adder fuq Spotify jew YouTube

    Minn 1565 nisimgħu:

    • Every Level
    • Back to Humanity

    Tista’ tisma’ l-album 1565 ta’ Lord Adder fuq Spotify jew YouTube

     

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

  • Mużika 21 – numru 022

    Mużika 21 – numru 022

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli fit-tieni staġun bit-tnejn u għoxrin programm.

    PARTI 1: Diski Maltin ġodda fl-2022:

    Bruce Samut – Good Things Take Time
    Warren Schembri – Heartbeat

     

    PARTI 2: It-tema tal-programm tal-lum hija tislima lil Chris Scicluna fil-kuntest ta’ Mużika 21. Xi jfisser dan? Chris Scicluna ħallena ftit tal-ġranet ilu, propjament fit-18 ta’ Frar 2022, dak in-nhar li kien qed tiġi ppreżentata l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Malta Eurovision Song Contest. Naturalment Chris, flimkien mal-mara tiegħu Moira, huma magħrufa l-aktar għas-sehem tagħhom f’dan il-konkors annwali lura mill-bidu tas-snin 90. Tant hu hekk li kull tislima lil Chris meta ħalliena, kienet talludi kważi esklussivament għal dak l-perjodu fil-karriera tiegħu, u forsi l-aktar għall-ħidma tiegħu mix-xena tal-mużika rock f’Malta qabel dan, li wasslet biex huwa jieħu sehem fil-Eurovision Song Contest. Iżda, kif jixraq fil-programmi ta’ Mużika 21, fejn nismgħu ħsejjes minn Malta tas-seklu 21, tajjeb niftakru u nisimgħu ukoll, recordings aktar riċenti ta’ Chris Scicluna.

    F’din il-parti tal-programm allura nisimgħu xi siltiet mir-repertorju ta’ Chris u Moira mill-2004 u x-xogħol tagħkom flimkien mal-grupp Krave: madwar l-2014:

    • What You’re Thinking (2015 radio edit)
    • Flight 170 (remastered 2014)
    • Moonman – minn Uncivilized (2004)
    • No Turning Back – minn Uncivilized (2004)
    • FiItering My Tears – minn Ninety Nights and a Monday (2014)
    • Miss the Rain – minn Ninety Nights and a Monday (2014)

    Sib Uncivilized (2004) fuq Apple Music u isma’ Ninety Nights and a Monday (2014) fuq Spotify

    Talkiing - Charles Gatt cover art
    PARTI 3:
    L-album ta’ llum huwa l-aħħar xogħol irrekordjat ta’ Charles Gatt magħruf aħjar bħala s-City. Talking ħareġ fl-2020 hekk kif faqqgħet il-pandemija tal-Covid u minħabba f’hekk dan l-album kważi kważi ntilef, fis-sens li ma kienx hekk kunċerti jew dehriet fuq it-TV u hekk biex jiċċelebrawh.  Talking  fih ħames siltiet li huma kollha kompożizzjonijiet ta’ Charles Gatt, li jinterprethom fuq il-drums, vibes u perkussjoni oħra, flimkien ma’ Dominic Galea li jakkumpanjah fuq il-pjanu, keyboards u l-melodika. Ilum se nisimgħu 3 siltiet minnu, anke biex nfakkru lil dan il-mużiċist tassew sinifikanti Malti li miet ftit tal-ġranet ilu, fid-19 ta’ Frar 2022:

    • Natural High
    • Eastern Sunset
    • Talking

    Tista’ tisma’ l-album Talking ta’ Charles Gatt fuq Spotify.

     

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

  • Dancing Lasha Tumbai

    Dancing Lasha Tumbai


    Show notes for the 644th Mużika Mod Ieħor podcast featuring music by performers from or in Malta:

    Bruce SamutGood Things Take Time

    Digital BlackWorld At Your Feet

    Collateral IntelligenceMaribou

    Kersten GrahamFor You

    Warren SchembriHeartbeat

    Lex X OxygynComatose

    The RSS feed for the Mużika Mod Ieħor podcast is available here or you can simply click here to subscribe directly with iTunes. You can also follow each new episode through the MMI Podcast: Facebook Fan Page. An archive of MMI podcast is also available on Mixcloud. If you have no idea what any of this means, just enjoy listening to the podcast on the player right below this text.

  • Mużika 21 – numru 021

    Mużika 21 – numru 021

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli fit-tieni staġun bil-wieħed u għoxrin programm.

    PARTI 1: Diski Maltin ġodda fi Frar tal-2022:

    Digital Black – World at Your Feet
    Kersten Graham – For You
    Todamusica ft Noor – Hold On
    LexOxygyn – Comatose
    The Areola Treat – Dirty Decisions
    Elisa von Brockdorff – Everything

     

    PARTI 2: It-tema tal-programm tal-lum hija il-mod kif jiġġebbed il-preżent.  Donnu xi wieħed mit-tensi fil-grammatika tal-mużikoloġija jew l-istorjografija. Il-preżent jirreferi għall-passat regolarment imma kultant dan isir b’mod daqs li kieku l-passat m’ilux wisq, anke meta jkunu għaddew bosta snin.  Din tema li nistgħu niġu lura għaliha aktar minn darba f’din is-sensiela, però tajjeb ngħidilkom li ħsibt ftit sew dwarha wara li sirt naf li l-grupp Malti Clandestines fil-5 ta’ Frar ta’ din is-sena ħarġu żewġ siltiet fuq Bandcamp.  Dawn iż-żewġ siltiet miġbura flimkien bħala Greenmount Sessions, u msemmija għall-istudio fejn ġew irrekordjatii f’Settembru tal-2014. Dawn kienu demos li qatt ma nħarġu fil-pubbliku qabel u allura dan huwa l-mod li jorbtu mat-tema tal-preżent imġebbed.

    Sentejn qabel il-Greenmount Sessions, il-Clandestines kien ħarġu EP flimkien mal-grupp Hey Sus! li m’għadux attiv. Ħsibt li bħala parti mill-kontemplazzjoni fuq il-preżent imġebbed nisimgħu silta’ minn Summer Camp for Pale Young Boys, l-EP tal-Clandestines u Hey Sus! u bix-xieraq li nagħżel waħda tal-Hey Sus! – Kissing Cousins.

    Kafena - Lukanda Propaganda cover art
    PARTI 3: L-album ta’ llum huwa l-ewwel wieħed mill-2015 minn Kafena, isem użatt minn kollaborazzjoni bejn mużiċisti Maltin li tawna biss dan ix-xogħol ma’ xulxin. ll-kantawtur Daniel Cauchi, magħruf aħjar bħala l-mexxej tal-Big Band Brothers u l-mużiċist versatili Kris Spiteri ħadmu flimkien bħala Kafena biex ipproduċew l-album Lukanda Propaganda. Is-semmiegħa ta’ Mużika Mod Ieħor kienu vvutawh bħala l-album tas-sena meta ħareġ, u llum se nisimgħu 3 siltiet minnu:

    • Il-Marċ t’Efrem Sammut
    • Lukanda Propaganda
    • It-Tfal Ma Jaħtu Qatt

    Tista’ tisma’ l-album Lukanda Propoganda ta’ Kefena fuq Spotify.

     

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.