Blog

  • Mużika 21 – numru 061

    Mużika 21 – numru 061

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-61 edizzjoni li huwa d-disa’ programm fil-ħames staġun.


    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Juno Valdez Pockets
    • DrakardOver
    • Red Electric – Vampire
    • Kevin BorgYoung at Heart
    • RheezCan’t Be Us
    • RheezTemporary Forever
    • 1905m’Alla

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 2: Dopamine ta’ Lyndsay, live. F’edizzjoni riċenti ta’ Mużika21, dan l-album Dopamin ta’ Lyndsay Pace kien l-album tal-ġurnata fit-tielet parti tal-programm. Illum għażilt li t-tema tal-programm tkun propju r-recordings li saru live waqt it-tnedija ta’ dan l-album nhar l-20 ta’ Settembru li għadda, fl-Ivy House ta’ San Ġiljan, jew aħjar fis-Swieqi. Dak in-nhar Lyndsay kienet akkumpanjata mill-band tagħha. Dan l-istil t’akkumpanjament jgħiduli unplugged jew acoustic, imma fil-verità huwa sempliċiment 4 mużiċisti jdoqqu live, b’tal-anqas tnejn jew tleta minnhom ipplugjati sew bl-instrumenti elettriċi jew elettroniċi tagħhom. Insomma, hi x’inhi din żgur opportunità biex nisimgħu uħud mis-siltiet popolari tagħha f’verżjoni live mingħajr wisq xinxilli u effetti tal-produzzjoni:

    • Booty Call
    • Sick of Me
    • That’s Love (feat Matt Blxck)
    • Dopamine

    Sib il-video ta’ dan il-kunċert kollu fuq YouTube

    The i-Skandal - Skakkomatto cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa l-EP Skakkomatto  ta’ The i-Skandal li ħareġ fl-2006. Dan il-grupp Malti sfortunatament m’għadux jeżisti imma tal-anqas ħallielna recording tassew memorabbli b’siltiet tassew rappreżentattivi tal-ħoss li kienu joffru lis-segwaċi tagħhom ftit aktar minn 15-il sena ilu. Mis-sitt siltiet li fih, jiiena għażilt dawn:

    • Como Estas?
    • Għala?
    • Living a Lie
    • Adjectives

    > Emmen jekk trid, xi siltiet minn dan l-EP Skakkomatto ta’ The i-Skandal għadhom jeżistu fuq il-MySpace, imma aktarx ma jaħdmux sew.

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

  • Mużika 21 – numru 060

    Mużika 21 – numru 060

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bis-60 edizzjoni li huwa t-tminn programm fil-ħames staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • One Pixel Moon Għalik
    • BrikkuniInsa
    • Funky MonkeyIr-Realtà
    • DigbyIfhmuni
    • One11Ira (Doja Remix)
    • AntheaSay Too Much
    • Gaia Cauchi11:11
    • Luke ChappellDon’t Forget Me

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 2: Il-klarinett klassiku ta’ Jessica Ellul. Ili ftit biex invarja l-istili mużikali waqt dan il-programm. Ikun hemm min jaf jgħidli li diġà hemm varjetà kbira ta’ stili mużikali waqt dawn il-programmi.  Però rari inkludejt mużika orkestrali. U allura llum hekk se nagħmlu. Dan permezz ta’ xi siltiet mill-album Mewġa ta’ Jessica Ellul li ħareg madwar sentejn ilu. Ipprovajt insib l-album imma jidher li huwa disponibbli mkien ħlief fuq Spotify. Il-kompożizzjonijiet li fih jinkludu diversi minn kompożituri Maltin (eż: Charles Camilleri, Joseph Vella, Etienne Spiteri, u Ronnie Debattista), bħal m’huma dawn t-tnejn li qed ninkludi fil-programm:

    • Adagio for Clarinet and String Orchestra ta’ Freddie Mizzi
    • Mewġa ta’ Ray Sciberras

    Isma’ l-album Mewġa ta’ Jessica Ellul kollu fuq Spotify

    Melchior Sultana - High Frequencies cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa l-EP High Frequencies  ta’ Melchior Sultana. Tajjeb infakkarkom li Melchior Sultana huwa l-mużiċist Malti li jakkumpanja l-promos ta’ dan il-programm li jinsemgħu regolarment fuq Campus FM.  Insomma, dan l-EP l-ġdid ħareġ fil-5 ta’ Novembru u fih biss żewġ siltiet, fl-istil li issa drajna sew mingħand Melchior Sultana fuq it-tikketta Profound Sound Music.

    • Manifest Your Vision
    • Time Machine

    > Isma’ jew niżżel l-EP kollu High Frequencies ta’ Melchior Sultana fuq Bandcamp.

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

  • Mużika 21 – numru 059

    Mużika 21 – numru 059

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bid-59 edizzjoni li huwa s-seba’ programm fil-ħames staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Il-Kalakku ft. Esther Spiteri – Isma’ Talbi
    • Ema VellaLuv
    • Angela Vella ZarbLush Life
    • Ben Mifsud JoslinVleġġa Bla Ħeġġa
    • DiggerThings ft. Graham BonnetSoul Searching

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 2: Ara ġej is-Suffarin! Adolf Formosa jirritorna fix-xena tal-mużika alternattiva b’preparament għal album li jismu Blata.  Isem li juri wkoll kemm dan il-kantawtur daħal fl-idea li jagħmel album ta’ kanzunetti rock bil-Malti. Dan il-materjal ta’ Suffarin ħareġ għall-pubbliku waqt show li sar f’Novembru tas-sena l-oħra meta l-grupp Brodu daqqew fi Spazju Kreattiv biex iniedu l-album tagħhom Bambinella.  La joħroġ l-album Blata tas-Suffarin, minn hawn u ftit ieħor, ikun l-album tal-ġurnata u ndoqqu siltiet minnu fit-tielet parti tal-programm. Għal-lum xtaqt naqsam magħkom uħud mis-siltiet li hemm fih:

    • Għall-Frisk
    • Nofs Mewta
    • Fix-xej
    • Oħt Rokku

    Sib is-Suffarin fuq Facebook (imma tistannix wisq!)

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa The Chemistry of the Heart ta’ One Pixel Moon. Dan l-album aktar qisu EP imma xorta fih diversi siltiet varjati mingħand Sylvan Borg li ilu jdoqq u jirrekodja b’dan l-isem għal mill-anqas dawn l-aħħar sentejn, tlieta. Filfatt dan huwa r-raba’ EP tiegħu bħala One Pixel Moon. Dan il-kantawtur Malti kien wieħed minn dawk li nkludejt il-mużika tagħhom waqt il-poddati ta’ Mużika Mod Ieħor sa minn żmien l-era tal-MySpace! Dan għax emmint, u għadni nemmen, li dawn huma t-troubadours tal-kanzunetta Maltija fid-daħla tas-seklu 21. Fil-programm tal-ġimgħa d-dieħla ndoqqilkom silta ta’ One Pixel Moon bil-Malti, imma llum se nisimgħu xi siltiet minn The Chemistry of the Heart:

    • Lady Grace, Brother Truth
    • Last Night
    • Love Is
    • Brussels by Night

    > Isma’ l-album kollu The Chemistry of the Heart ta’ One Pixel Moon fuq Spotify.

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

  • Mużika 21 – numru 058

    Mużika 21 – numru 058

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bit-58 edizzjoni li huwa s-sitt programm fil-ħames staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Kodin Hill Elm Street
    • ĠennRohmeresse
    • BahjatMinni
    • Chess GaleaHands Off
    • Bobby BaldacchinoFifteen

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 2: Min hu Joseph Azzopardi? Isem komuni ferm f’Malta. Joe Azzopardi.  Tant hu komuni, li preżentatur popolari fuq it-television kellu jbiddlu għal Peppi Azzopardi. Joseph Azzopardi li jinteressa lilna llum huwa kitarrist Għawdxi. Joe Azzopardi huwa ukoll l-kitarrist tal-grupp Upper Lip li jinterpreta kanzunetti relattivament oriġinali fi stil ta’ mużika rock qawwija. Mngħandu llum qed nisimgħu tlett siltet strumentali. Jidhirli li dawn kollha joħorġu f’album jew EP tiegħu bħala solista xi 4 snn ilu, iżda ma sibtux.  Tal-anqas nistgħu nisimgħu dawn is-siltiet minnu.

    • Let Me In
    • Blue Sky
    • Forever

    > Aqra aktar dwar il-kitarrist Joseph Azzopardi fuq il-wiki tal-M3P.

    Bitterside - Perception cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Perception ta’ Bitterside. Dan l-album jimmarka r-ritorn ta’ din il-band li kienet attiva ferm sa madwar 10 snin ilu. Riċentament offrewlna s-silta Read Between the Lines bħala speċi ta’ single minn dan l-album u din inkludejtha f’edizzjoni preċidenti ta’ Mużika 21. F’dan l-album, fil-biċċa l-kbira nsibu materjal li jtina x’nifhmu li qisu l-waqfa ma saretx u li l-band baqgħet għaddejja daqs li kieku ma ġara xejn. Parti minn dan huwa bis-saħħa tal-mod kif żviluppat il-mużika popolari f’dawn l-aħħar 20 sena. Minn dan l-album li fih 13-il silta b’kollox se nisimgħu dawn is-siltiet

    • Holding On
    • Perception
    • Revolution
    • Loud & Clear
    • Future
    • Untitled

    > Isma’ l-album kollu Perception ta’ Bitterside fuq YouTube Music.

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.