Blog

  • Mużika 21 – numru 088

    Mużika 21 – numru 088

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bit-88 edizzjoni li huwa l-għaxar programm fis-seba’ staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Julie Pomorski X Kapitlu Tlettax Wiċċ b’Ieħor
    • The TravellersJum Ġdid
    • Cher CamilleriQalbi Tibkix (minn Semgħat id-Daqq)
    • The BrideĦallikom! (Marton ‘Saħħar’ Saliba u Rita Pace)
    • Ben Miller –  Number 1
    • Melchior SultanaKeep Pushin (minn Bring The Soul Back)

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 2: Dana McKeon mill-ġdid It-tema tal-programm ftit aktar minn sena ilu kienet din il-kantawtriċi Maltija bbażata fir-Renju Unit għal bosta snin, anke jekk aktar riċenti jidher li qed tkun ħafna fi Franza. Illum mill-ġdid diversi siltiet mingħandha wara li qrajt fuq Loveinmalta.com li diversi kanzunetti tagħha ġew inkluża f’sensielet ta’ Netflix bħal – Too Hot To Handle, Insationable, Perfect Match, u Toy Boy:

    • Let Me Be Your Light
    • I Don’t Want to Lose You
    • Tug of War (ma’ Joe Bermudez – inkluż remix ta’ Matt Caseli)

    Sound Synthesis - Schematics cover art
    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Schematics ta’ Sound Synthesis. Dan l-album ħareġ fl-14 t’April 2023 fuq id-ditta tad-diski Ingliża Gated. Keith Farrugia huwa l-artist Malti li jirrekordja b’dan l-isem ta’ Sound Synthesis u huwa wieħed mill-aktar prolifiċi fix-xena tal-mużika elettronika minn Malta. Dan l-album ħareġ ukoll f’edizzjoni vinyl, f’album doppju propjament minħabba t-tul tiegħu – fih disa’ siltiet pjuttost twal. Minnu llum għażilt li ndoqq dawn:

    • Ambient Talk
    • All Night
    • It Gets Better in the End
    • 140BPMadness

    > Isma’ jew akkwista dan l-album Schematics ta’ Sound Synthesis fuq Bandcamp.

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

  • Mużika 21 – numru 087

    Mużika 21 – numru 087

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bis-87 edizzjoni li huwa d-disa’ programm fis-seba’ staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Kantera Mis-Sema ‘l Isfel
    • MylesStrangers
    • The Areola TreatDeserter
    • ExplicitObjection
    • Claire Tonna –  Princess Called Sea (from The Port – 2012)
    • Andre CamilleriIf You Want It Bad Enough (from Road to Ruin)

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 2: Reborn ta’ Cushion:  Iltqajt ma’ dan l-EP dan l-aħħar wara li kont ili biex indoqq xi ħaġa ta’ Cushion. Sibt li mhux biss ħareġ fl-10 ta’ Frar 2023, imma fih ukoll 3 siltiet differenti sew minn xulxin anke għax fihom insibu 3 kantanti, 4 propja, li jinterpretawhom b’mod partikolari ħafna. U llum se nsemmakom it-tlieta li huma:

    • Rumi’s Tale – Nadine Axisa
    • Rasta Far Out – Fiona Cauchi
    • Reborn – Julie Pomorski + Analise Cassar

    > Isma Reborn ta’ Cushion fuq Spotify

    MHP - if its popular - cover art
    PARTI 3: L-album tal-lum huwa If It’s Pop(ular) It’s (Not) Cool ta’ Massacre House Party. Propjament dan huwa re-issue minn Kewn Records ta’ album, jew aħjar EP, li kien ħareġ biss fuq CD xi ftit tas-snin ilu. Massacre House Party huma, jew forsi kienu, Sylvan Borg kantant u kitarra, Aaron Sammut fuq it-tnabar, u Samwel Mallia fuq il-bass. Minnu llum għażilt li ndoqq dawn:

    • Come On Come On
    • The Thrill
    • Wake Up
    • The Highway

    > Isma’ jew akkwista dan l-album If It’s Pop It’s Cool ta’ MHP fuq Bandcamp.

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

  • Mużika 21 – numru 086

    Mużika 21 – numru 086

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bis-86 edizzjoni li huwa t-tmien programm fis-seba’ staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • ManaTapu Shulama
    • Dav.JrBirdcage
    • Avenue SkyXorta Int
    • Owen LeuellenPitstop
    • Kill the Action –  Zero Infinity
    • Jessica GrechAnaconda
    • Amber + AidanShine Your Light

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 2: Tislima lil Paul Zammit Cutajar (1952-2023):  nhar it-Tlieta 16 ta’ Mejju 2023 tħabbret il-mewt ta’ Paul Zammit Cutajar fl-eta ta’ 71 sena. Għalkemm huwa ma kienx għadu attiv fix-xena mużikali, xorta ħassejt li xieraq intuh tislima fil-programm tal-lum. Il-ħidma prinċipali tiegħu fix-xena mużikali kienet bejn is-snin 70 u l-bidu tas-seklu 21. Fost l-aktar żewġ bands li huwa assoċjat magħhom insibu lil Split kif ukoll il-Flying Alligators. Kumbinazzjoni kellna l-album Been There Done That mill-2000 fit-tietet parti ta’ żewġ edizzjonijiet ilu ta’ dan il-programm għax għadu kemm inħareġ fuq Spotify. Illum se nsemmakom ukoll tliet siltiet oħra assoċjati ma’ Paul Zammit Cutajar minn dan is-seklu :

    • My Friends – Gianni Zammit (Malta Song 2000)
    • Superpollen Colour – Tiara
    • Deep Inside My Heart – Ira Losco (Malta Song 2001)

    Carlo Muscat - Hymns cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Hymns ta’ Carlo Muscat. F’dan l-album dan is-sassofonist Malti huwa akkumpanjat mill-pjanista Tony Tixier u flimkien jinterpretaw tmien chanson popolari Franċiżi tas-seklu l-ieħor. Ħareġ eżattament fil-12 t’Mejju 2023 u daqqejt silta minnu f’edizzjoni oħra ta’ dan il-programm diġa. Minnu llum għażilt li ndoqq dawn:

    • Hymne à l’amour
    • Plus je t’embrasse
    • Jardin d’hiver

    > Isma’ jew akkwista dan l-album Hymns ta’ Carlo Muscat fuq Bandcamp.

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

  • Mużika 21 – numru 085

    Mużika 21 – numru 085

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-85 edizzjoni li huwa s-seba’ programm fis-seba’ staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Joe Bermudez & Dana McKeon Tug of War
    • Kym PepeMera
    • Kylie ColeiroUnika
    • Kris Criten –  Plates Against the Wall
    • Matt BlxckBlack Magic
    • Il WalkerThe One

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 2: Niftakru l-Find the Door Sessions ta’ Dario Genovese li ħarġu fuq YouTube lejn l-aħħar tal-2021. Hawn insibu tliet kanzunetti oriġinali ta’ dan il-kantawtur Malti hekk kif beda l-proċess biex jistabbilixxi ruħu wara li spiċċa minn mal-grupp The Busker li kien fih fl-aħħar snin. Effettivament dawn huma recordings ta’ kanzunetti tiegħu li huwa għamel fl-istabbiliment Find the Door li nsibu fil-Birgu. Il-kanzunetti huma:

    • Tea
    • My Lord
    • Simple Life

    Ara l-videos ta’ dawn il-kanzunetti fuq il-YouTube channel ta’ Dario Genovese.

    Hearts Beating in TIme - Lets Watch the Sky Turn Pink cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Watch the Sky Turn Pink ta’ Hearts Beating in Time. Dan huwa EP propjament u ili biex ninkludih diversi ġimgħat issa.  Ħareġ eżattament fil-14 t’April 2023 u daqqejt silta minnu f’edizzjoni oħra ta’ dan il-programm diġa. Minnu llum għażilt li ndoqq dawn:

    • Sky Turn Pink
    • Some Days
    • Manifesting Happiness
    • Afterglows

    > Isma’ jew akkwista dan l-album Watch the Sky Turn Pink ta’ Hearts Beating in Time fuq Bandcamp.

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.