Blog

  • Mużika 21 – numru 099

    Mużika 21 – numru 099

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bid-99 edizzjoni li huwa t-tmien programm fit-tmien staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Nicole FrendoTemptations
    • KanteraMur Ara
    • The Areola TreatJudgement Day
    • DepanneurWe Don’t Hang Out Anymore
    • Andre Camilleri Ain’t Gonna Stray
    • L-Anġlu 4 Saqajn
    • Ara Lil YoonTaste

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 2: Ara Lil Yoon Live.  Ftit aktar minn xahar ilu, l-EP tal-ġurnata waqt dan il-programm kien Taste tal-grupp Ara Lil Yoon.  Dan il-grupp huwa bbażat f’Berlin u magħmul minn 5 mużiċisti, wieħed minnhom huwa l-Malti Luke Cheeree, li nafuh ukoll bil-proġett Fake Ophelia. Illum mhux se ndoqq aktar siltiet minn dak l-EP kif għamilna dak in-nhar imma se nisimgħu iż-żewġ siltiet l-oħra li hemm fih irrekordjati live fil-Barkett ta’ Berlin.

    > Isma’ jew niżżel l-EP Taste ta’ Ara Lil Yoon fuq Bandcamp

    Julie Pomorski - Ħsieb - cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Ħsieb ta’ Julie Pomorski. Fil-verità dan huwa EP li għadu kemm ħareġ propju ftit jiem ilu fil-11 ta’ Awwissu 2023. Qed ninkludu s-siltiet kollha li hemm fih, mhux biss għax kull m’hemm huma ħamsa, imma ukoll għax indubjament jinżlu għasel ma’ diversi semmiegħa li jħobbu stili differenti ta’ mużika minn Malta.

    • Fliskatur
    • Ar Int
    • Ħadd Ma Pprova
    • Dinja Oħra
    • Kun Af

    > Isma’ l-EP Ħsieb ta’ Julie Pomorski fuq Spotify

     

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

  • Mużika 21 – numru 098

    Mużika 21 – numru 098

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bit-98 edizzjoni li huwa s-seba’ programm fit-tmien staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Jas RolynHold Me Close
    • HooliThe World Is Mine
    • Luke ChappellHate Me!
    • Atomic FlameInnocence Becomes Prey
    • Benjamin GattHeart on Fire
    • Sound Synthesis 582KMhz

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 2: L-Għanja Li Tibqa 2023: Merga. Kull sena waqt il-festival tal-kanzunetta Maltija magħruf bħala l-Għanja tal-Poplu jippreżentaw premju li kantant, kantanta, jew kantawtur veteran. Din is-sena, meta qed jiċċelebraw il-50 sena mill-bidu ta’ dan il-konkors, għalkemm hija l-47 edizzjoni, għażlu li dan il-ġieħ ta’ L-Għanja Li Tibqa imur għal dik li jiena niddeskrivi bħala r-reġina tal-Għanja tal-Poplu: Merga. Fil-programm tal-lum se nisimgħu lil Merga tinterpreta ż-żewġ kanzunetti li kantat f’dik is-serata, akkumpanjata mill-orkesta ta’ Pjazza Teatru Rjal immexxija mill-Mro Paul Abela. Imma nibdew billi l-preżentaturi Joseph Galea u Antonella Galea Lofreda jaqra script dwar Merga mħejji minn Tony Micallef.

    > Ara l-47 edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu kif ixxandar fuq TVM

    KTA - ZeroInfinity - Coverart

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Zero/Infinity ta’ Kill the Action. Fil-verità dan huwa EP li għadu kemm ħareġ propju fi tmiem l-ewwel ġimgħa ta’ Awwissu 2023. Qed ninkludu s-siltiet kważi kollha li hemm fih. Sitt kull ma fih u minnhom se ndoqq dawn l-erbgħa:

    • Zero Infinity
    • Level
    • Ready or Not
    • Vacuum

    > Isma’ l-EP Zero/Infinity ta’ Kill the Action fuq Spotify

     

    BONUS: Fil-programm tal-lum insellem ukoll lil kantant Edwin Galea (1938–2023) li ħalliena nhar il-Ħadd 6 t’Awwissu fl-eta ta’ 84 sena. Edwin kantant Malti tas-seklu 20, imma għandna recording tiegħu ikanta mill-2015 kif oriġinarjament deher waqt programm ta’ Karl Bonaci fuq l-F Living. Il-kanzunetta jisimha Nerġa Niġi.

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

  • Mużika 21 – numru 097

    Mużika 21 – numru 097

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-97 edizzjoni li huwa s-sitt programm fit-tmien staġun.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Peklektru feat ŻiżżaEjja Sibni
    • Ħajbu u Cher CamilleriĦsieb Profond
    • Daryl JaymesMela!
    • Seqer MaltiLulju
    • Benny Benassi & Emma MuscatM.I.A.
    • Malcolm Pisani July
    • ĠennCalypso

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 2: The Malta Singles. Fil-programm tal-ġimgħa l-għaddiet, l-album tal-ġurnata kien Catharsis ta’ Daniel Sant li tnieda waqt kunċert li sar f’Palazzo De La Salle nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Lulju 2023. Dak in-nhar Daniel Sant ħareġ ukoll dak li jista’ effettivament jissejjaħ mini-album jew EP bl-isem ta’ The Malta Singles. Dan jinkludi ħames siltiet irrekordjat f’dawn l-aħħar sentejn jew tlieta l-aktar minn Sant innifsu fi still xi ftit differenti minn dak ta’ Catharsis. Xi drabi għandu wkoll mużiċisti oħra jikkollaboraw miegħu, bħal per eżempju l-ħabib tiegħu William Smith fuq id-drums. Daqqejt xi tnejn minnhom kont diġa waqt edizzjonijiet preċedenti ta’ Mużika 21, imma llum se nisimgħu l-EP kollu:

    • Rush Hour
    • Chick
    • Intruder
    • Poznan
    • Wytches

    > Isma’ jew akkwista The Malta Singles ta’ Daniel Sant kollu fuq Bandcamp

    Eyes to Argus - habit_at cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa habit_at ta’ Eyes to Argus. Fil-verità dan huwa album ta’ remixes ta’ l-album Habitat ta’ Eyes to Argus li ħareġ fis-16 ta’ Lulju 2021 sew bħala download fuq il-Bandcamp kif ukoll edizzjoni limitata fuq vinyl. Issa s-sitt siltiet  fuq l-album originali jidhru bħala seba’ remixes minn artisti differenti fuq dan l-album il-ġdid. Mill-album habit_at għażilt dawn is-siltiet:

    • Habitual_KNTRL remix
    • Last to Last_Billy Ghost remix
    • Habitat_Kurt Buttigieg in habit remix

    > Isma’ jew akkwista l-album habit_at ta’ Eyes to Argus fuq Bandcamp

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

  • Body and Soul

    Body and Soul


    Show notes for the 670th Mużika Mod Ieħor podcast featuring music by performers from or in Malta:

    Myles X Sempliċiment tat-TriqBċejjeċ tal-Baħar

    Peklektru feat. Mark Abela z-ZizzaEjja Sibni

    Mat RosalesAgħmillu Lager

    Daryl JaymesMela!

    Christabelle ScerriKemm Hu Sabiħ

    Sean BorgStajt Tkun

    Purple HazeNo Surrender

    HooliThe World Is Mine

    Kelsey BellanteHeartbeat

    Owen Leuellen feat. DestinyJuice  

    The RSS feed for the Mużika Mod Ieħor podcast is available here or you can simply click here to subscribe directly with iTunes. You can also follow each new episode through the MMI Podcast: Facebook Fan Page. An archive of MMI podcast is also available on Mixcloud. If you have no idea what any of this means, just enjoy listening to the podcast on the player right below this text.