Blog

  • Mużika 21 – numru 116

    Mużika 21 – numru 116

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-116-il edizzjoni li huwa t-tnax il programm fid-disa’ staġun.

    ILLUM: Edizzjoni speċjali għall-Milied 2023

    • Michael Azzopardi – Milied Mingħajr Tiżjin
    • The JoyGivers – Wasal il-Milied
    • The Travellers feat. Ira Losco, Gianluca Bezzina & Michela Pace – Tridx Tkun Tiegħi Dan il-Milied?
    • Jake Vella u l-Kantanti Sħabu – Inwettqu l-Ħolm
    • Artisti Varji – Milied fil-Qalb
    • Debbie Scerri – Presepju Ħaj
    • Deborah C – Il-Milied
    • Different Minds – It’s Christmas
    • Malcolm Pisani – It’s Christmas Time (Happy Holidays)
    • Andre Camilleri – Christmas at the Last Chance Saloon
    • Brenda Musù – The First Noel
    • Chess Galea – Silent Night / Astro Del Ciel / O Lejl ta’ Skiet
    • Kapitlu Tlettax – Reġa’ Ġie l-Milied
    • Kafena ma’ Lara Dimech – Kantaw u Iżfnu Magħna
    • Jason Spiteri feat. Juergen Valletta – Baubles

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.

  • Mużika 21 – numru 115

    Mużika 21 – numru 115

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bl-edizzjoni numru 115 li huwa l-ħdax-il programm fid-disa’ staġun.

    PARTI 1: Diski li ħarġu dan l-aħħar. 

    • One Pixel Moon Everything Measured in Pain
    • Moira StafraceFeather Flight
    • George Curmi l-PusèGoodbye in November

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 2: Ħarsa lura lejn uħud mill-aqwa videos tal-2023. Dalwaqt nifthu s-sejħa għall-voti tagħkom għall-aħjar diski u recordings oħra li ħarġu fl-2023. Bi tħejjija għal dan illum nibdew nagħtu ħarsa lejn uħud mill-aħjar siltet maħruġa bħala video, f’waħda miż-żewġ kategoriji ta’ din ix-xorta. Waħda hija tal-videos bil-Malti u l-oħra ta’ videos mhux bil-Malti. Hemm kwantità ta’ videos akbar mis-soltu din is-sena, però llum qed ninkludi siltiet minn dawn:

    • Owen Leuellen ft. Destiny  – Juice
    • Owen Leuellen ft. Luke ChappellDear God
    • Drakard – Alive
    • Bruce SamutDrilly
    • Stephen Galea ft. Grace Debono2nd Victory 
    • Das Birthday GirlPain and Joy
    • Bark Bark Disco ft. JoonLove Cuts
    • JoonWait
    • Ara Lil YoonTaste
    • Red ElectricFix of You
    • The Areola TreatInto My Shadow
    • Kill the ActionLevel
    • Purple HazeNo Surrender
    • The New VictoriansBe Fine
    • GaiaWhy?
    • DeniseForget Me Not
    • Kelsey BellanteTake You Home
    • Ugly Monkey –  Watch Me Crawl
    • MylesSliverlinin
    • Myles ft. Hooli + DJ MacNamaste
    • HooliThe World is Mine
    • JanvilWalking On Air
    • MikaylaOne Day
    • Aidan & Ira LoscoRIP (Rest in Peace)
    • AidanStrawberry
    • Matt BlxckBlack Magic

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.

  • Mużika 21 – numru 114

    Mużika 21 – numru 114

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bl-edizzjoni numru 114 li huwa l-għaxar programm fid-disa’ staġun.

    PARTI 1: Diski li ħarġu dan l-aħħar. 

    • Skald Il-President
    • Michael AzzopardiMilied Mingħajr Tiżjin
    • Brian FarrugiaWarda Ħamra Minn Ġol-Ġnien
    • Weeping SilenceThe Collector
    • Dario GenoveseWashington Square Park (live at Cornerhouse Studios)

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 2: Ħsejjes minn Backstage TV. Meta kont bdejt nagħmel il-poddati ta’ Mużika Mod Ieħor fuq ToniSant.com xi 18-il sena ilu, waħda mir-raġunijiet li kont ħassejt il-bżonn tagħhom kienet li ftit li xejn kienu jinstemu u jidhru esponenti mużikali Maltin fuq il-mezzi tax-xandir lokali, ħlief dawk assoċjati mal-Eurovision u l-festivals simili tiegħu. Illum is-sitwazzjoni jidher li qed tinbidel sew. B’eżempju ta’ dan regolarment insemmi l-kanal tal-Melita Cable li joffri 24 siegħa nonstop ta’ videos mużikali minn Malta. Riċentament intbaħt ukoll li xi żewġ stazzjonijiet tar-radju lokali qed jinkludu aktar materjal Malti b’mod regolari fil-playlists tagħhom. Xi ħaġa oħra li laqtitni partikolarment hija sensiela ta’ kuljum (tal-anqas jekk fhimt sew) li qed tixxandar fuq TVM fejn Gordon Bonello jintroduċi verżjonijiet live ta’ kanzunetti relattivament riċenti minn esponenti Maltin.  Dawn jinterpretawhom huma stess live fl-istudio. Illum għażlt li ndoqq xi ħaġa minnhom dawn:

    • Dylan Debono – You Got Me So High
    • Krista Šujak – Stronger
    • Kym Pepe – Armier
    • Kersten GrahamClose to Home

    > Ara u isma’ diversi siltiet minn Backstage TV fuq YouTube

     

    Andre Camilleri - Stoner Rock album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Stoner Rock  ta’ Andre Camilleri. Dan huwa id-disa’ album ta’ Andre Camilleri din is-sena.  Iva, ħareġ tmien albums oħra fl-aħħar 11-il xahar ta’ din is-sena dawn il-kantawtur Malti-Awstraljan. U diġà ħabbar ukoll li se joħroġ ieħor qabel l-aħħar tas-sena.  Stoner Rock huwa xi ftit differenti mill-biċċa l-kbira tal-materjal li ħareġ mhux biss din is-sena imma anke fi snin riċenti. Min imdorri jisma’ lil Andre Camilleri jintebah mill-ewwel xi rrid ngħid meta jisma’ mqar silta waħda minn dawk li nsibu f’dan l-album. Għal-lum għażilt li ndoqq dawn minnu:

    • Ain’t Going Back Again
    • Never Will
    • Too Stoned to Get High
    • Don’t Let it Drive You Mad
    • Until You Can’t Go No More

    > Isma’ jew niżżel l-album Stoner Rock ta’ Andre Camilleri kollu fuq Bandcamp

     

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.

  • Mużika 21 – numru 113

    Mużika 21 – numru 113

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bl-edizzjoni numru 113 li huwa d-disa’ programm fid-disa’ staġun.

    PARTI 1: Diski li ħarġu dan l-aħħar. 

    • ManaTapu – Rastaċċun
    • CustòBreathe
    • Bernie and PodĦobbni
    • Daryl JaymesIl-Mikrofonu u Jien
    • Andre CamilleriToo Stoned to Get High (minn Stoner Rock)

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 2: Acknologica. Matul l-40 sena li ili nxandar, regolarment iltqajt ma’ esponenti mużikali li jitfaċċaw fix-xena, jagħmlu naqra ħoss, u eventwalment jisparixxu. Xi darba rrid nara nintroduċix din l-idea bħala wieħed mill-kunċetti li niltaqgħu magħhom regolarment f’din it-tieni parti tal-programmi f’din is-sensiela. Xi drabi ftit li xejn inkunu nafu dwar dawn l-esponenti, bħal per eżempju Acknologica li tlaqjt miegħu ftit tal-granet ilu. Il-proġett jidher li taffaċċa fuq il-YouTube madwar 3 snin ilu. Hemm insibu t-tliet siltiet li qed nisimgħu llum waqt il-programm. Fl-10 ta’ Novembru 2023 tfaċċa Ep bl-isem ta’ Astronomical Echoes mingħand Acknologica fuq Spotify u xi pjattaformi diġitali oħra.  Apparti t-3 siliet li dehru qabel permezz ta’ YouTube, dan l-EP jew album qasir jinkludi ukoll żewġ siltiet oħra apparentament ġodda.  Ma naf assolutament xejn aktar dwar Acknologica, anke wara li żort li paġna b’dan l-isem fuq Facebook:

    • Battle of the Stars
    • Frisbee Through the Galaxy
    • Intergalactic Silence

    > Isma’ l-EP Astronomical Echos ta’ Acknologica kollu fuq Spotify

     

    Golden Psalms - Golden Palms album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Golden Palms  ta’ Golden Psalms. Meta fl-aħħar programm daqqejtilkom siltiet mill-album il-ġdid  ta Peter Sant li jismu Mining the Hamam għedtilkom ukoll li għalkemm lil Peter Sant antikmanet nafuh jikkollabora mal-Hunters Palace u proġetti assoċjati magħhom, mill-2021 kellna wkoll il-kollaborazzjoni tiegħu mal-grupp Golden Psalms. Mingħand dan il-grupp Ingliż, apparti għal Sant, jew li tal-anqas huwa bbażat fl-Ingilterra, konna smajna album mingħandhom is-sena l-oħra. Peter Sant idoqq fuq il-kitarra u synths f’Golden Psalms, flimkien mal-bassist James Harris u Nick Drake fuq id-drums.  Illum se nisimgħu xi siltiet minn dan l-album il-ġdid ta’ Golden Psalms li ħareġ fuq Bandcamp fit-12 ta’ November 2023. Uħud mis-siltiet fihom biss xi minuta jew anke anqas kultant. Jien għażilt uħud mill-itwal siltiet għal-lum:

    • Fear of Symmetry
    • Splash in the Shallows
    • Players Special
    • Vegan Canapés and Live Jazz
    • Great Jewish Music

    > Isma’ jew niżżel l-album Golden Palms ta’ Peter Sant kollu fuq Bandcamp

     

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.