Blog

  • Mużika Mod Ieħor – 709

    Mużika Mod Ieħor – 709

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-709 edizzjoni li huwa d-disa’ programm fit-tielet staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Kapitlu Tlettax ft. Liston Tibqax tgħix fil-Passat
    • David Schembri Għidli Int Ja Mara
    • Banjo Lucia  Cartwheel
    • Owen Jay + Melchior SultanaA Mild Winter (Urulu Remix)

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

    PARTI 2:  X’inhu Alias 1? Il-mistoqsija setgħet mill-ġdid kienet faċilment minn hu jew min hi Alias 1. Ngħidilkom mill-ewwel li Alias 1 huwa l-isem li jirrekordja bih Aidan Somers. Is-sena l-oħra ħareġ żewġ EPs, u naħseb li kieku ħariġhom bħala album wieħed aktarx li kien jispiċċa fit-tielet parti ta’ xi edizzjoni jew oħra ta’ MMI. L-EPs huma ARP li ħareġ f’April 2024 u Micro Voc li ħareġ f’Mejju. Minn ARP  illum għażilt li ndoqq dawn:

    • ARP 13
    • ARP 46
    • ARP 914

    Isma’ aktar mużika ta’ Alias 1 fuq Bandcamp

    MPO-Contemporary-Colours album cover artPARTI 3: L-album tal-lum Contemporary Colours: New Music by Maltese Composers tal-Malta Philharmonic Orchestra. Dan l-album ħareġ fl-20 ta’ Novembru 2020. Għażilt li ninkludih illum għax madwar 3 xhur ilu, ħarġet it-tieni volum ta’ xogħolijiet ġodda minn kompożituri Maltin, u ħassejt li bix-xieraq nisimgħu xi siltiet minn l-ewwel volum qabel nsploraw is-siltiet li fih l-album il-ġdid. Ir-recordings tal-2020 jinkludu kompożizzjonijiet ta’ Euchar Gravina, Mariella Cassar-Cordina, Cristopher Muscat, Véronique Vella, Alex Vella Gregory and Xamm (Scent) by Albert Garzia. Għal dan l-album l-orkesta filarmonika ta’ Malta kienet taħt id-direzzjoni tas-surmast Sergey Smbatyan. Ir-recording sar fis-Sala Robert Samut tal-Furjana, u nħareġ mit-tikketta tad-diski Navona. Minnu llum għażilt dawn jien:

    • Fine Line (Véronique Vella)
    • Riħ / Wind (Alex Vella Gregory)
    • Xamm / Scent (Albert Garzia)

    > Isma’ l-album Contemporary Colours kollu fuq Spotify

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

  • Mużika Mod Ieħor – 708

    Mużika Mod Ieħor – 708

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-708 edizzjoni li huwa t-tmien programm fit-tielet staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Kayati Happier
    • Martina Fenech Don’t Slip Away
    • Child  Qalbi  (minn Dyż-location)
    • That bbKeep On Running
    • Notes to AddySparks

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

    SU-NICHEL-Album-cover-
    PARTI 2:  X’inhu Su Nichel? Il-mistoqsija setgħet kienet faċilment minn hu jew min hi Su Nichel, iżda tajjeb ngħid mill-ewwel li Su Nichel huwa grupp. Grupp mużikali b’membri minn diversi pajjiżi li jinkludi l-bassista Malti Dean Montanaro. Lil Dean riċentament smajna ħafna mingħandu premezz ta’ grupp ieħor li jdoqq miegħu, bl-isem ta’ Antares Flare. Mingħand Su Nichel għandna EP jew album, skont kif tħares lejh, li jimsu Deeds of a Rascal. Dan jinkludi żewġ kompozzjonijiet ta’ Dean. Waħda minnhom jisimha Andea Carta li huwa sempliċiment isem wieħed mill-mużiċisti l-oħra f’dan il-grupp. Hemm anke website dwarhom u allura tistgħu tmorru fuqha, jekk tridu tafu aktar. Minn Deeds of a Rascal għażilt li ndoqq dawn ta’ Su Nichel illum:

    • Andrea Carta
    • Return of a King
    • Winners and Finders

    Isma’ aktar mużika ta’ Su Nichel fuq Bandcamp

    PARTI 3: L-album tal-lum mhux eżatt album, imma ġabra ta’ kunzunetti li faċilment setgħu kienu album tal-Malta Eurovision Song Contest 2025. Aktar milli nikkummenta dwar il-Malta Eurovision veru u propju, illum għażilt numru żgħir ta’ siltiet minnu li naħseb li xorta kienu jsibu posthom waqt xi edizzjoni ta’ Mużika Mod Ieħor kieku ma kienux parti mill-konkors ta’ kanzunetti għall-Eurovision. Ma nafx għaliex hemm biss playlists fuq YouTube u Spotify bil-kanzunetti kollha tal-Malta Eurovision Song Contest 2025 u mhux album propja fuq dawn l-istess pjattaformi, jekk mhux oħrajn ukoll. Irrid ngħid, naf għaliex, hija sempliċiment nuqqas ta’ viżżjoni mill-produtturi. Qed ngħid ma nafx għaliex f’sens retorik, għax tassew pass naturali u normali li kieku kellu jinħareġ album b’dawn is-siltiet fih. Insomma, minnu għażilt dawn jien:

    • KanteraLalaratatakeke Lalaratakabum
    • Mark Anthony BartoloHideaway
    • Dario Bezzina feat. Żeppi l-MuniGħażliet
    • Miguel BonelloBreak the Cycle
    • Martina BorgYo Listen

    > Isma’ l-kanzunetti kollha tal-Malta Eurovision Song Contest 2025 fuq Spotify

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

  • Mużika Mod Ieħor – 707

    Mużika Mod Ieħor – 707

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-707 edizzjoni li huwa s-seba’ programm fit-tielet staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Ben Danny Mo Purple Face
    • Chasing Pandora Ticket to the Moon
    • Tash Sultana  Milk & Honey (live at Lonely Lands Studio)
    • Wayne GrimaEternity
    • Kill the Action feat. Myles, Funky Money & DJ MacĠaħan

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  Min hu Nicholas Aquilina? Lura għall-kurżitajiet dwar mużiċisti partikolari wara xahar u nofs niffokaw fuq id-diski u recordings oħra li ħarħu fl-2024. Illum qed inqajjem din il-kurżità propju wara li rċivejt messaġġ mingħand Nicholas Aquilina, li oriġinarjament kont daqqejt il-mużika tiegħu waqt Mużika Mod Ieħor madwar 12-ilsena ilu, jew preċiżament fl-edizzjoni numru 312 f”Settembru tal-2012. It-tweġiba sempliċi għall-kurżita tal-lum hija li Nick huwa l-bniedem li ħoloq dawn il-ħsejjes li qed nisimgħu llum. Dak in-nhar kont daqqejt is-silta tiegħu Life u llum magħha qed ninkludi dawn:

    • Butterflies
    • Life
    • Woo
    • Perplexity

    Isma’ aktar mużika ta’ Nicholas Aquilina mill-kanal tiegħu fuq il-YouTube

    Rising Sunset - Vade Draconem Maledicte album cover art
    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Vade Draconem Maledicte ta’ Rising Sunset. L-isem ta’ dan l-album bil-Malti huwa Mur Isħet lid-Dragun u allura mill-isem biss tifhem mill-ewwel x’tip ta’ mużika qed joffru fih il-grupp Rising Sunset, anke jekk forsi xi ftit aktar melodika minn dan it-tip ta’ metal iswed li tant huwa popolari fost l-ammiraturi ta’ dik ix-xena mużikali partikolari. Propjament l-album ħareġ fit-22 ta’ Novembru 2024 u allura aktarx li huwa l-aħħar wieħed mis-sena l-oħra li qed jidhru f’din il-parti ta’ Mużika Mod Ieħor din is-sena; imma ma tistax tgħid għax faċilment ħarabli xi ieħor li għad ninkludih eventwalment. Dan huwa t-tielet album mingħand dan il-grupp mill-2016 ‘l hawn, u ma nimmaġinax li se jkun l-aħħar wieħed għax għandhom għad ta’ segwaċi li tassew japprezzaw id-diski tagħhom.  Minnu għażilt dawn:

    • Midnight Child
    • Vengence is Mine
    • Deadmass

    > Isma’ jew niżżel l-album Vade Draconem Maledicte ta’ Rising Sunset fuq Bandcamp

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

  • Mużika Mod Ieħor – 706

    Mużika Mod Ieħor – 706

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-706 edizzjoni li huwa s-sitt programm fit-tielet staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Mariele Zammit Kwartet Iżżomm ‘il bogħod
    • Claire Marante Gravity
    • David Sammut il-Buggly  Il-Protesta
    • ONE11Qum Minn Hemm
    • Shaun Farrugia & KlingandeFeelings for You
    • The BrideOpium

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  MMI 2024 Listeners’ Picks Poll. F’din il-parti ta’ Mużika Mod Ieħor illum għandna kurżità speċjali: liema kienu dawk is-siliet li intom is-semmiegħa tagħna għażiltu bħala l-favoriti tagħkom tal-2024. Il-votazzjoni kienet miftuħa matul ix-xahar kollu ta’ Jannar, kif tkun kull sena, u vvotaw 316-il persuna. Dawn huma l-għażliet tagħkom f’kull kategorija:

    Maltin ibbażati barra minn Malta:

    • Emma Muscat

    Albums:

    • Chellcy ReitsmaMomento Mori

    Videos bil-Malti:

    • Daryl JamesHallini

    Videos mhux bil-Malti:

    • Lyndsay One and Only

    Lyric videos:

    • MikaylaBlue Eyed Angel

    Singles:

    • Airport ImpressionsBobcat

    Ara d-diski u recordings oħra kollha innominati mill-2024 u aktar dettalji dwar l-aktar 5 li rċievew voti f’kull kategorija

    Andre Camilleri - Evil Gnome of Doom vol 2 album cover art
    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Evil Gnome of Doom ta’ Andre Camilleri. Propjament huma żewġ albums bl-istess isem li ħarġu ftit ġimgħat biss wara xulxin. Effettivament huma album doppju. L-ewwel wieħed ħareġ fl-20 ta’ Novembru 2024 u l-ieħor uffiċjalment maħruġ fil-15 ta’ Frar 2025. Fihom Camilleri joffrilna verżjonijiet xi ftit aktar f’xejra punk ta’ kanzunetti tiegħu, kif ukoll xi standards tal-mużika popolari magħrufa sew. Minn dawn iż-żewġ albums  għażilt li ndoqq dawn illum:

    • Guitar Man
    • Taxi Driver
    • House of the Rising Sun
    • Dangerous

    > Isma’ jew niżżel l-albums ta’ Andre Camilleri fuq Bandcamp

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.