Blog

  • Mużika Mod Ieħor – 729

    Mużika Mod Ieħor – 729

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-729 edizzjoni li huwa t-tielet programm fil-ħames staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Luke Vella Too Much
    • Jas RolynWaiting on Me
    • Mirana ConteGħajjejt (i8)
    • Scar –Dancing In The Sun
    • Hanging By Threads –The Fall
    • 5 Years From NowJekk Taqa’ Nkompli Ntik
    • Melchior SultanaBack with the Phonk

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  X’qed jagħmel Timothy Garrett? Hemm tweġiba relattivament sempliċi għal din il-mistoqisja: qed jipprepara biex joħroġ album li jismu Everything We Know Has Changed. Dan se joħroġ uffiċjalment fis-26 ta’ Settembru 2025. L-album fih 3 tracks u s’issa diġa ħareġ waħda minnhom permezz tal-Bandcamp, li hija wkoll is-silta li tagħti isimha lil dan l-album.

    • Everything We Know Has Changed

    > L-album Everything We Know Has Changed ta’ Timothy Garrett fuq il-Bandcamp

    Melbourne Ska Orchestra - the-ballad-of-monte-loco album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa The Ballad Of Monte Loco tal-Melbourne Ska Orchestra. Kellna l-okkazzjoni nisimgħu lill-Melbourne Ska Orkestra waqt Mużika Mod Ieħor, inkluż riċentament meta kienu fit-tieni parti tal-programm b’silta mill-kunċert live li taw. Dak kien biex nindirizzaw il-kurżità tiegħi: X’ħoss tagħmel live il-Melbourne Ska Orchestra?” U din weġibniha billi daqqejtilkom silta minn recording li sar waqt il-Bali Spirit Festival 2024. Minn dak in-nhar ‘l hawn il-MSO ħarġu album li jismu The Ballad of Monte Loco. B’tema western mingħajr wisq mużika country, l-album ħareġ fit-28 ta’ Mejju 2025. Minnu llum għażilt dawn:

    • Walls of Jerico
    • John Wayne
    • When Bootsy Came to Town
    • No Doubt About It
    • Read Between the Lines

    > Isma’ l-album kollu The Ballad of Monte Loco tal-Melbourne Ska Orchestra fuq Soundcloud.

     

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

  • Mużika Mod Ieħor – 728

    Mużika Mod Ieħor – 728

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-728 edizzjoni li huwa t-tieni programm fil-ħames staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Music Boy &  Victis Tempo Burning Out
    • Luke ChappellIf Ur Leavin
    • Owen LeuellenThunder
    • BeeUnlikely
    • Dizzy Goku –Letter to You

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  Tiftakarhom lid-Dripht? Jew stajt staqsejt: rajthom lid-Dripht fil-festival tal-birra ta’ din is-sena? Propjament tlett kwarti mid-Dripht, għax ma’ Nick Morales, Patrick Galea, u Mike Briguglio issa hemm Kris Haze tal-Beesqueeze flok il-Fre Abdilla. Propjament biex inkunu konformi ma’ kif kienu l-affarijiet madwar 15 – 20 sena ilu meta d-Dripht kienu fl-aqwa tagħhom, issa għandhom lil Kris Zahra tal-Cable 35 magħhom flok il-Fre. Biex jimmarkaw dan ir-ritorn, apparti d-dehra live  f’Ta’ Qali (jew hemm aktar minn waħda?) id-Dripht ħarġu t-tlett EPs tagħhom minn tant snin ilu fuq Bandcamp permezz tat-tikketta tad-diski Kewn Records. U llum huwa propju minn kull wieħed minnhom li qed nisimgħu xi ħaġa.

    • Paċifista
    • Continental Dripht
    • Mark Barnsley
    • Dance Music for the 80s Depression
    • Rocking to Resist

    > Isma’ jew niżżel l-EPs kollha tad-Dripht fuq il-Bandcamp

    Andre Camilleri - Songs album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Songs ta’ Andre Camilleri. U fl-aħħar wasal ukoll!  Qed ngħid hekk għax dan l-album ilu li ħareġ mit-28 ta’ Mejju u daqqa għal ħaġa u oħra għal oħra ma rnexxilix nagħmlu l-album tal-ġurnata f’edizzjoni oħra ta’ MMI qabel din tal-lum. L-album huwa ieħor mill-kwantità kbira maħruġa minn dan il-kantawtur Malti-Awstraljan u ndubjament li mhux se jkun l-aħħar wieħed għal din is-sena, l-istess bħala mhux l-ewwel wieħed anqas. Minnu llum għażilt dawn:

    • Tumbleweed (country version)
    • Trouble Bound
    • It’s Almost Time
    • Only Ashes Remain
    • Still Holding On

    > Isma’ jew niżżel l-album kollu Songs ta’ Andre Camilleri fuq il-Bandcamp.

     

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

  • Mużika Mod Ieħor – 727

    Mużika Mod Ieħor – 727

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-727 edizzjoni li huwa l-ewwel programm fil-ħames staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Chiara Kuljum
    • Toby ft. NoorSomebody
    • Melbourne Ska OrchestraBom Bom Bom
    • ExplicitFN
    • BeheadedGħadam

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  X’inhu l-aktar ħoss riċenti mit-tikketta tad-diski Battibatti? Id-ditta tad-diski Maltija Battibatti tispeċjalizza fil-mużika elettronika, biex ma ngħidux il-mużika elettronika għaż-żfin. Kella l-opporunità nisimgħu materjal ieħor minn din it-tikketta drabi oħra waqt MMI u llum qed nisimgħu siltiet minn l-aktar album riċenti li jismu BB27 – Homegrown EP. L-isem interessanti għax jgħidilna mill-anqas 3 affarijiet. L-ewwel ħaġa hi li dan huwa s-27 titlu fil-katalgu ta’ Battibatti. It-tieni li l-materjal li nsibu f’din id-diska huwa kollu minn Malta. U fl-aħħar logħba ħelwa fuq x’jikkostitwixxi album għax għalkemm imesjjaħ EP dan l-album ċertament li huwa itwal minn diversi EP li huma ppreżentati bħala albums. Minnu llum qed nisimgħu dawn:

    • Niko JayBroken
    • Migz Peak T
    • Scibi 01A – Simple Reduction

    > Isma’ jew niżżel l-album kollu BB27 Homegrown EP fuq il-Bandcamp.

    Karmaġenn - Maqsuma album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Maqsuma ta’ Karmaġenn. Ilu jinħema sentejn sħaħ dan l-album ta’ Noah Fabri, flimkien ma’ Michael Vella Zarb, Maya Aarohi, u Mark Abela z-Zizza. Il-kanzunetti li hemm fih huma fl-istil li drajna sew mingħand Noah Fabri u Karmaġenn iżda jkolli ngħid li l-ħoss tar-recording huwa l-aktar sofistikat li qatt smajt mingħandhom. U bix-xieraq għax hawn mgħandna għażla ta’ siltiet tassew alternattivi mill-kwantità kbira ta’ materjal kważi ovvju – biex ma ngħidx mimli cliches ukoll – li jinħareġ regolarment fuq ix-xena tal-mużika lokali.  Maqsuma ħareg fil-21 ta’ Ġunju 2025, l-ewwel ġurnata ta’ dan is-sajf, waqt serata mużikali fl-iStoreroom ta’ Ta’ Xbiex. Minnu llum għażilt dawn:

    • Sinjuruni u Sinjorini
    • Spazju
    • Karnival
    • Frawla

    > Isma’ jew niżżel l-album kollu Maqsuma ta’ Karmaġenn fuq il-Bandcamp.

     

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

  • Mużika Mod Ieħor – 726

    Mużika Mod Ieħor – 726

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-726 edizzjoni li huwa t-tlettax-il programm fir-raba’ staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Klinsmann Unknown

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  L-aktar singles li spikkaw bejn April u Ġunju 2025.Kayati - I hate it - Artwork

    • LighthouseDon’t Forget Me
    • The Busker – Something in My Head
    • Colourblind – Jekyll & Hyde
    • The CrownsAmy
    • Red Electric feat. Chasing Pandora – Fragile
    • Kevin BorgGround Zero
    • Matthew JamesIf I Even Lose You
    • Nate RopeFalling
    • Spooky MonkeyNeon Funk
    • Alexandra AldenMagnolia
    • LyndsayLullaby
    • KayatiI Hate It
    • Dean MuscatMy Muse Is Gone
    • Dario GenoveseTwo
    • Tara FormosaConfessional
    • Chess GaleaFalling Knives
    • Sarah BonniciIs This How It Ends?
    • Cosette BaldacchinoMisunderstood
    • Chellcy ReitsmaCarpe Diem
    • BardFarfett Blue
    • Kapitlu TlettaxHawn Għalik
    • The TravellersDawn il-Widien
    • Ben Miller feat. Abire – 99
    • Carlo Gerada + Kevin Paul + Matthew JamesOut of this World (Theme for Love Island Malta Season 3)
    • Divine SinnerSo What
    • Pamela BezzinaPerfett
    • Stephanie SantIkaru
    • MylesIssir Sinju

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

     

    PARTI 3: L-aktar albums li spikkaw bejn April u Ġunju 2025.

    • Michael Azzopardi – Tfal tax-Xemx
    • The JoyGivers – Għawdex Tiegħi
    • Claire Cordina – Do Trees Get Tired of Standing Still?
    • Charlene Farrugia – Melita: Maltese Piano Music
    • Sandro Zerafa – Limestone + Mostly Slow Tunes
    • Benji Cachia – Akshara
    • Melchior Sultana + Janelle Pulo – Slave of the Machine

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.