Blog

  • Mużika Mod Ieħor – 743

    Mużika Mod Ieħor – 743

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-743 edizzjoni li huwa r-raba’ programm fis-sitt staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Owen Leuellen –Bet On Me
    • Ivan Grech Picture on the Wall
    • Nathan – Down
    • Mariah Gerada – Double Crossed
    • Project – Taħlix
    • Melchior Sultana feat. Janelle Pulo Ghost

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  Rajthom idoqqu live lil 5 Years From Now? Ikolli nammetti li ftit li xejn naf dwar it-trio Malti 5 Years From Now. Mhux li ma naf xejn, għax l-ewwel silta li naf li kienu ħarġu fl-2019 kien jisimha Nosebleed. Naf ukoll li lejn tmiem l-2022, it-tikketta tad-diski Maltija Kewn Records ħarġet l-album tagħhom Ħakem, li kien fih diversi siltiet interessanti, fosthom is-single Greedo Island, li għaliha anke video kienu ħarġu. Li rrid ngħid, naħseb, huwa li qatt ma rajthom idoqqu live s’issa. U dan ċertament mhux għax ma jdoqqux live, imma għax l-affarijiet ġew hekk. U allura fraħt meta rajt li qed joħorġu diversi siltiet mill-kollezzjoni tal-2022 Live (fuq il-Bejt).  Dan jinkludu:

    • RU
    • Greedo Island
    • Lose
    • Chase

    > Ara lill-Five Years from Now doqqu Live (fuq il-bejt) fuq YouTube

    Manwel T - Africa album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Africa ta’ Manwel T. Kellna l-opportunità nisimgħu diversi siltiet mingħand Manwel T f’dawn l-aħħar xhur, biex ma ngħidx snin. Fit-3 ta’ Ottubru 2025 huwa ħareġ dan l-album li fih ħames siltiet strumentali tiegħu fuq stil reggae, u wara kull waħda joffri lis-semmiegħa tal-album il-verżjoni dub ta’ kull silta. Illum għażilt li nisimgħu il-ħames siltiet prinċipali f’dan l-album:

    • Africa
    • Norma
    • Creation
    • Captives
    • Rasta Medi

    > Isma’ jew niżżel l-album Africa ta’ Manwel T fuq Bandcamp.

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

  • Mużika Mod Ieħor – 742

    Mużika Mod Ieħor – 742

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-742 edizzjoni li huwa t-tielet programm fis-sitt staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Melbourne Ska OrchestraSpring in My Step
    • Victorio Gauci Higher
    • Buzu – Kliemha Mhux Kliemi
    • Saħħar + Mnajdra – Iermu’s Last Cry
    • Alwyn Borg Myatt – Kelma Ħielsa
    • Kevin Borg Tfajjel Ċkejken

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  Niżżilthom l-albums tad-Djun? Ftit tal-ġranet ilu, Charles Cassar, il-bassista u moħħ prinċipali tal-grupp Malti Djun ħareġ dan l-avviż fuq il-Facebook tiegħu:

    Labubu? Il-ħanżir ta Ricky? Chali l-Kirk? It-torri ta Alex? Dubai chocolate? Il-gwerra bejn il-Cambodia u l-Azerbaijan?
    Ħabib, ikkalma u ieqaf skrollja. Qed jagħmillek ħażin.
    Mur minflok fuq il-bancamp tad-Djun fejn “Il-Ħlas” u “Kometi” jistgħu jinkisbu b’xejn. XEJN ta. Hekk free download. Irħas minn Stanley Cup.
    Eh u segwu l-paġna għax ġejja xi ħaġa. Imma l-paġna tad-Djun biss issegwix oħrajn. Serjament qed jagħmlulek ħażin, xil-ostra hi Capuccina Ballerina.
    Mela allura hawn huma żewġ siltiet minn kull wieħed minn dawn iż-żewġ albums (anke jekk wieħed minnhom propjament EP):
    • Kometi
    • Fi Mħabbtek Inħbejt
    • Il-Bir
    • Għal Min Twieled Għal Min Miet

    > Niżżel Il-Ħlas u Kometi ta’ Djun b’xejn minn fuq Bandcamp.

    Klinsmann - Chaos & Cadence

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Chaos & Cadence ta’ Klinsmann. Dan l-album ħareġ fis-26 ta’ Settembru u fih jinkludi xi siltiet li ħarġu matul ix-xhur li għaddew, inkluż bħala music videos promozzjonali. Minnu llum għażilt dawn is-siltiet:

    • Been A While Since Summer
    • Paper Boat
    • Survivor
    • 1999
    • Unknown

    > Isma’ l-album Chaos & Cadence ta’ Klinsmann fuq Spotify.

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

  • Mużika Mod Ieħor – 741

    Mużika Mod Ieħor – 741

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-741 edizzjoni li huwa t-tieni programm fis-sitt staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Mark Anthony BartoloSweet Little Tiny Bird
    • Liston Likek Irrid
    • Karen Debattista – Mal-Ħlejjaq Infaħħruk
    • ONE11 – Ittra Lil Tfuliti
    • Bee – Two Sugars Less
    • Malcolm Pisani I Found You

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  X’albums ġodda ħarġu dan l-aħħar? Fit-tielet parti ta’ kull edizzjoni ta’ MMI jien nippreżenta album li jkun ħareġ riċentament. Dan jirmexxieli nagħmlu kważi regolarment iżda minn żmien għal żmien din mhux dejjem tkun ħaġa faċli għax mhux dejjem joħorġu biżżejjed albums Maltin regolarment biex ikolli minn fejn nagħżel. Bħalissa għandi f’idi 4 albums ġodda li għadni rrid nippreżalkom fit-tielet parti ta’ MMI…imma mhux illum. Allura dan iffisser li għall-4 ġimgħat li ġejjin, sa kemm ma jitfaċċax xi album li nħoss il-bżonn li nippreżentah qabel l-oħrajn kollha, dawn huma l-erbgħa album li għandi lesti għalikom:

    • Manwel T – Afrika
    • Klinsmann – Chaos & Cadence
    • Timothy Garrett – Everything We Know Has Changed
    • Andre Camilleri – Mariana from Tijuana

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

    Mik il-Malti - Illum Illum album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Illum Illum ta’ Mik il-Malti. Wara l-album ta1-2023 Triq San Franġisk, Mikiel Camilleri Haber għadu kemm ħareġ album ġdid li jismu Illum Illum. Dan l-album ħareġ fis-26 ta’ Settembru u stilistikament ikompli fuq l-istess binarju bħal dak ta’ qablu. Minnu llum għażilt dawn is-siltiet:

    • Barrakka ta’ Fuq
    • Maduma Waħda
    • Denise
    • Clarita

    > Isma’ l-album Illum Illum ta’ Mik il-Malti fuq Spotify.

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

  • Mużika Mod Ieħor – 740

    Mużika Mod Ieħor – 740

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-740 edizzjoni li huwa l-ewwel programm fis-sitt staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Vinyl ParadiseSold My Soul
    • Kill the Action feat. Moira Stafrace The Fall
    • RAS – Frustrazzjoni
    • KyloMy Friend
    • Kayati – Tell Your Mama
    • Banjo Lucia Hold on Tight
    • Il-Majca feat. Kiita-CKollox Spicca

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

    bee - unlikely EP

    PARTI 2:  Fejn hu l-EP ta’ Bee? Mhux differenti wisq mill-kurżità li kelli ħmistax ilu din. L-EP unlikely ta’ Bee huwa fost l-aktar diski li ħarġu dan l-aħħar li ma nistax nifhem eżatt x’inhu, jew fejn hu. Tfaċċaw żewġ jew tliet siltiet minnu matul ix-xhur li għaddew. Anke kunċert ta’ tnedija kien hemm fl-iStore Room fid-9 ta’ Lulju 2025. Fl-4 ta’ Lulju ħareġ? Is-siltiet sibt 4 mill-5 li fhimt li fih. Issibhom fuq Spotify u diversi pjattaformi oħra.  Imma ħareġ jew le uffiċjalment dan l-EP? Għiduli inthom. Jew għidli naqra int Brenda Debattista għax meta nfittex bee fuq Google ħlief naħal u għasel ma nsibix.

    • Unlikely
    • Will You
    • We Don’t Sleep
    • Maybe You’ll Feel It

    > Isma’ s-siltiet mill-EP unlikely ta’ bee fuq Spotify

     

    TINY_KEYS_BIG_SOUND album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa  Tiny Keys Big Sound ta’ Tricia Dawn Williams. Il-ħsejjes li nisbu f’dan l-album huma differenti ferm minn kważi kull ħaġa oħra li nkludejt qabel f’MMI, speċjalment fit-tielet parti. Kellna okkazzjoni tal-anqas darb’ oħra nisimgħu lil Tricia Dawn Williams iddoqq it-toy piano, imma hawn għandna album sħiħ u fih naraw kemm hi mużiċista versatili fid-daqq tat-tastiera. L-album ħareġ fl-20 ta’ Ġunju 2025 u minnu għażilt dawn is-siltiet illum:

    • Halloween Sugar Rush (Albert Garzia)
    • Echoes from Tomorrow (Daniel Cauchi)
    • Il-Brimba (Kris Spiteri)

    > Isma’ l-album Tiny Keys Big Sound ta’ Tricia Dawn Williams fuq Spotify.

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.