Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-45 edizzjoni li hija s-sitt programm fir-raba’ staġun.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar…
Lyndsay – Trippin’
Lara & the Jukeboys – Good Together
The Velts – Cars
Gabriela N – Lie to Me
Kapitlu Tlettax ft. Maria Cini u Danica Muscat – La Titlaqx
Eddie Fresco – Don’t Touch Me
Rheez – Blanco
Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.
PARTI 2: X’inhi eżatt digital release? Diffiċli tgħid. Qabel, m’ilux wisq, konna nsejħulhom diski għax hekk kienu: CDs, u qabel LPs jew tal-anqas 45rpm singles. Nagħmel differenza bejn dawk is-siltiet li joħorġu video u dawk lli le. Dan forsi nagħmlu l-aktar minħabba l-poddati ta’ Mużika Mod Ieħor. F’dawn l-aħħar seba’ snin fil-poddati sirt indoqq primarjament diski, jew aħjar kanzunetti, li jkollhom video. Dak li ma jkollhomx video huma bosta. U bis-saħħa ta’ dan il-programm qed jirnexxieli ndoqq aktar minnhom, eżatt kif kont nagħmel waqt Mużika Mod Ieħor qabel l-2015. L-eżempji li għażilt huma:
- Anthea – What It Do
- Elisa von Brockdorff – Everything
- Manwel T – Eastern Skank
Il-poddati ta’ Mużika Mod Ieħor riċenti issibho kollha fuq YouTube.
PARTI 3: L-album tal-lum huwa l-EP On the Dance Floor ta’ Bark Bark Disco. M’hemmx wisq x’ngħid dwar dan l-EP ta’ Ian Schranz li qed indoqqu kollu waqt il-programm tal-llum. Is-siltiet fih huma dawn:
- On the Dance Floor
- Love Cuts
- All My People
- Get Off the Phone
- I Won’t Give Up On You
Isma’ jew akkwsta l-EP On the Dance Floor ta’ Bark Bark Disco fuq Bandcamp.
Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.





PARTI 3: L-album tal-lum huwa Nomad ta’ William Smith, li ħareġ nhar it-Tlieta 19 ta’ Lulju 2022. Dan il-mużiċist żgħażugħ Malti qed jagħmel isem għalih innifsu wara li mar jistudja barra fejn għadu kemm spiċċa BA f’Jazz Drums f’Utrecht l-Olanda u issa qed jipprepara biex ikompli l-istudji tiegħu f’livell postgradwat fil-Manhattan School of Music ta’ New York. F’dan l-album idoqqu miegħu il-kitarrist Prashant Samlal, Murat Ali Cengiz fuq il-pjanu u Jonathan Ho Chin Kiat bil-kuntrabaxx.