Blog

  • Mużika 21 – numru 109

    Mużika 21 – numru 109

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-109 edizzjoni li huwa l-ħames programm fid-disa’ staġun.

    PARTI 1: Diski li ħarġu dan l-aħħar. 

    • DrakardAlive
    • Manwel TMandala
    • Timea FarrYoung
    • The JoyGiversIlmaħtek id-Dwejra
    • ĊeskaFallin’ (Alicia Keys cover) 

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 2: Vince Fabri Ġimgħa Wara Ġimgħa. Ftit tal-ġranet ilu kellna l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, li sar fl-MFCC Ta’ Qali. Fost id-diversi kotba ġodda li rajt hemm, iltqajt ukoll mal-kantawtur Vince Fabri li għadu kemm ħareġ ktieb bil-lirika ta’ bosta kanzunetti li kiteb għall-programm Xarabank, fil-biċċa l-kbira.  Minnhom għażilt dawn:

    • Ħdejk
    • Kull Sekonda
    • Video Twil Sagħtejn
    • Miriam
    • Annimali

    > Isma’ s-siltiet kollha mill-ġabra ta’ Ġimgħa Wara Ġimgħa minn Vince Fabri fuq Soundcloud

    Fantasair - Departures album cover art

     

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Departures ta’ Fantasair. Dan huwa album partikulari ħafna mit-tikketta tad-diski My Fair Lsdy li tfaċċat riċentament b’siltiet mingħand RawgħaDawgħa, Fake Ophelia, Das Birthday Girl, u l-Anġlu. Kollha kellna ċans nisimgħu xi ħaġa jew oħra mingħandhom f’din is-sensiela ta’ programmi. Il-ġimgħa li għaddiet semmajtkom diġà silta minn dan l-album: Meta. Dan l-album ħareġ fuq Spotify fil-15 ta’ Ottubru 2023.

    • Dream
    • Iż-Żmien
    • Hemm Għalik
    • Marie, Marie

    > Isma’ l-album sħiħ How Departures ta’ Fantasair fuq Bandcamp

     

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.

     

  • Mużika 21 – numru 108

    Mużika 21 – numru 108

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-108 edizzjoni li huwa r-raba’ programm fid-disa’ staġun.

    PARTI 1: Diski li ħarġu dan l-aħħar. 

    • 13 Years LaterHold On
    • Pete MolinariMy Careless Heart
    • ĠennThe Sister Of
    • FANTASAIRMeta (minn Departures)
    • RagħwaDagħwaWaħdi
    • NoogMos Deadly Pt. II 

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 2: Lord Adder live fil-Midi Festival 2023. Il-grupp Malti Lord Adder immexxi minn Mark Spiteri ilu stabbilit fix-xena lokali sa mill-1992, għalkemm waqfu għal 15-il sena bejn l-2004 u l-2019. Riċentament għamlu xi ħaġa li ebda kumpless mużikali Malti ieħor qatt m’għamel fix-xena rock. Huma daqqew kunċert live fiċ-Ċina quddiem udejenza ta’ eluf ta’ dilettanti tal-mużika rock. Il-Midi Festival ta’ din is-sena sar f’Ottubru f’Nanyang, li hija l-provinċja fil-kosta t’isfel taċ-Ċina. Il-Lord Adder daqqew nhar it-Tnejn 2 t’Ottubru 2023. Flimkien mal-kantant Mark Spiteri, il-membri l-oħra ta’ Lord Adder huma d-drummer Ray Micallef u l-kitarrista Robert Tomasuolo. Illum se nisimgħu parti minn dan il-kunċert live tal-Lord Adder fiċ-Ċina.

    > Ara u isma’ l-kunċert ta’ Lord Adder fil-Midi Festival 2023 f’Nanyang, iċ-Ċina, fuq YouTube

     

    Bartolo-Giordimaina cover art
    PARTI 3: L-album tal-lum huwa How Do You Keep the Music Playing? ta’ Tony Bartolo u Paul Giordimaina. Dan huwa album varjat mingħand żewġ mużiċisti Maltin li ilhom attivi fix-xena lokali għal għexieren ta’ snin. Paul Giordimaina jipprovdi arrangamenti fuq il-pjanu ta’ diversi kanzunetti li Tony Bartolo jinterpreta bil-vuċi bellusija tiegħu. Uħud mis-siltiet huma standards tal-jazz jew kanzunetti popolari Amerikani jew Ingliżi minn żminijiet oħra. Eċċezzjoni ta’ dan hija interpretazzjoni ta’ L-Aħħar Bidwi f’Wied il-Għasel miktuba minn Paul Abela u Alfred C. Sant, waħda mill-isbaħ kanzunetti popolari Maltin ta’ dawn l-aħħar 50 sena. Dan l-album ħareġ fuq Spotify fil-15 ta’ Ottubru 2023.

    • How Do You Keep the Music Playing?
    • Satin Doll
    • L-Aħħar Bidwi f’Wied il-Għasel
    • I’m in the Mood for Love

    > Isma’ l-album sħiħ How Do You Keep the Music Playing? fuq Spotify

     

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.

     

  • Mużika 21 – numru 107

    Mużika 21 – numru 107

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-107 edizzjoni li huwa t-tielet programm programm fid-disa’ staġun.

    PARTI 1: Diski li ħarġu dan l-aħħar. 

    • Dizzy GokuBig Brown Eyes
    • MeluryCartoon Medley
    • Simon PuloLove
    • The Areola TreatMexico
    • Weeping Silence feat. Kobi Farhi – The Watcher on the Walls
    • Andre CamilleriRamblin’ 

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 2: Playlist ta’ Ultralow Music. Ftit tal-jiem ilu, Jimmy Bartolo ħabbar li t-tikketta tiegħu Ultralow Music għandha playlist fuq Spotify. Ħafna mis-siltiet li hemm fuq din il-playlist ta’ Ultralow diġà ndaqqu waqt xi wieħed minn dawn il-programmi f’din is-sensiela fl-aħħar sentejn. Ma jistax jonqos allura, li nagħżel ftit minnhom biex inħajjarkom tmorru tisimgħu il-playlist sħiħa fuq Spotify. Is-siltiet li għażilt jien huma dawn:

    • Brikkuni & Cher Camilleri – Porporina
    • Cher Camilleri – Nixtieq (minn Semgħat id-Daqq)
    • Sean Borg – Stajt Tkun
    • Kym Pepe – Mill-Bidu
    • Kym Pepe – Armier

    > Isma’ l-playlist sħiħa ta’ Ultralow Music fuq Spotify

    Ġenn - Unum cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Unum ta’ Ġenn. Dan huwa l-ewwel album tal-grupp li ssawwar mill-irmied ta’ ieħor jismu Cryptic Street. Tlieta mill-erbgħa nisa membri ta’ dan il-grup huma Maltin, pero tajjeb ngħidu li huma bbażat fir-Renju Unit u jduru mal-pajjiż idoqqu kull opportunità li jkollhom. Effettivament nistgħu ngħidu li daqqew f’diversi lokalitajiet assoċjati mal-mużika alternattiva fil-bliet prinċipali tar-Renju Unit f’dawn l-aħħar sentejn. Uħud mis-siltiet daqqejthom diġà meta ħarġu matul dawn l-aħħar xhur pero llum se nisimgħu ukoll xi siltiet ġodda minn dan l-album li ħareġ nhar it-Tlieta 10 ta’ Ottubru 2023

    • Rohmeresse
    • The Sister Of
    • A Muse (in Limbo)

    > Isma’ jew niżżel l-album Unum ta’ Ġenn fuq Bandcamp

     

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.

     

  • Mużika 21 – numru 106

    Mużika 21 – numru 106

    Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-106 edizzjoni li huwa t-tieni programm programm fid-disa’ staġun.

    PARTI 1: Diski li ħarġu dan l-aħħar. 

    • The Travellers feat. Ira LoscoL-Imħabba Kelma Kbira Wisq
    • Rheez.Ħajja Reali
    • One11 x Zion Not ZeeyonPass Pass
    • Vince BongailasSajf
    • Kelsey BellanteTake U Home
    • Hollie CassarBossy
    • Antares FlareBonsai Jungle

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

     

    PARTI 2: RawgħaDagħwa – Mit-Tieqa tal-Eremit. Dan huwa DJ set li oriġinarjament indaqq waqt il-Pudina 2022 maħruġ mill-ġdid fl-1 ta’ Settembru 2023. Issa rranġat xi ftit u maħruġ fuq it-tikketta ta’ diski My Fair Lsdy, li hija wkoll it-tikketta tal-album tal-lum, li se niltaqgħu miegħu fit-tielet parti tal-programm. M’hemmx wisq aktar x’ngħid dwar Mit-Tieqa tal-Eremit jew RawgħaDawgħa. Dawn ħsejjes minn Malta tas-seklu 21.

    > Isma’ jew niżżel ir-recording sħiħ  ta’ Mit-Tieqa tal-Eremit ta’ RawgħaDagħwa fuq Bandcamp

    Matthew Shields - Ħajja Waħda Għandek Liba

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Ħajja Waħda Għandek Liba ta’ L-Anġlu. L-Anġlu huwa l-isem li jirrekordja bih Matthew Shields. Propjament dan l-album ilu li ħareġ mit-29 ta’ Lulju 2023, u kif tarraftilkom fit-tieni parti tal-programm tal-lum huwa maħruġ mit-tikketta tad-diski My Fair Lsdy. Diġà kont daqqejt silta minnu f’wieħed mill-programmi f’din is-sensiela matul is-sajf, ftit wara li ħareġ. Minnu llum se nisimgħu dawn is-siltiet

    • Il-Baħar Jibki Għal Oħtu l-Art
    • Mera Li Tixraqli
    • Għajjejt

    > Isma’ jew niżżel l-album Ħajja Waħda Għandek Liba ta’ L-Anġlu minn fuq Bandcamp

     

    Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.