Blog

  • Mużika Mod Ieħor – 761

    Mużika Mod Ieħor – 761

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-761 edizzjoni li huwa l-għaxar programm fis-seba’ staġun għar-radju. 

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Matthew James Too Much
    • Outbound Livin’ A Lie
    • Motherknives – Brothers
    • Stephen SpiteriPersian Crossing
    • Glen u Amber – Issa Naraw
    • Dolphsun, Dana McKeon, José PisaOn My Mind
    • Jewel Kid – Emission

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  Min miet s’issa fl-2026? Forsi din istoqsija xi ftit tetra, imma min isegwi MMI regolarment jaf li regolarment insellmu lil mużiċisti u kantanti mix-xena lokali li jmutu. U din is-sena diġà ħallewna numru sew ta’ persuni li jidħlu f’din il-kategorija, imma s’issa ftit li xejn kellna referenzi għalihom. Is-sena mill-ewwel ftaħniha b’mużiċist meta ħalliena fl-età ta’ 98 sena l-perkussjonista Malti Tony Carr (ismu propja: George Caruana) li għal dawn l-aħħar sittin sena għex u ħadem fir-Renju Unit. Filwaqt li qabel tmiem l-ewwel ġimgħa ta’ din is-sena miet ukoll l-ewwel leader tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta George Spiteri, li kellu 90 sena. Ix-xahar li għadda tħabbret il-mewt ta’ Helen Micallef fl-età ta’ 75, fil-5 ta’ Frar 2026, l-istess ġurnata li fiha miet Philip Farrugia Randon. Il-qawl Malti jgħid “Frar Fawwar jimla l-bjar.” U f’dan il-kuntest fi Frar ta’ din is-sena mietu wkoll l-arpista Esmeralda Galea Camilleri fl-età ta’ 37 sena u l-kantant veteran Mario Bonnici. Qabel tmiem ix-xahar, fl-Awstralja tħabbret ukoll il-mewt ta’ mużiċist u folklorista prominenti Manuel Casha, oriġinarjament mill-Kalkara u li għex għal 81 sena.

    • Helen Micallef w/Freddie Mizzi Band – Prayer to My Mother
    • Esmeralda Galea Camilleri – A Time for Us
    • Mario Bonnici – Mumenti Sbieħ
    • Manuel CashaPrejjem Blues

    > Lista sħiħa ta’nies Maltin li mietu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.

    Cover of Ejja by Clintess

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Ejja ta’ Clintess. Propjament dan EP jew mini-album għax fih biss sitt kanzunetti ta’ madwar 3 minuti kull waħda. Il-kanzunetti bil-Malti li fih huma dokument tassew sabiħ mingħand Clintess, li twassal stil ta’ kitba li huwa partikolari ħafna għax-xena mużikali lokali biex ma ngħidx uniku. Jiena nemmen li minn jaf japprezza dan it-tip ta’ materjal, żgur li se jsib minjiera ta’ mumenti mill-isbaħ f’din il-ġabra l-ġdida ta’ kanzunetti ta’ Clintess.  L-EP ħareġ fl-20 ta’ Frar u minn għażilt dawn:

    • Ejja
    • Int Tħobbni Kif Jien
    • Kamra Minsija
    • Sforz

    > Isma’ l-EP Ejja ta’ Clintess fuq Spotify.

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

     

  • Mużika Mod Ieħor – 760

    Mużika Mod Ieħor – 760

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-760 edizzjoni li huwa d-disa’ programm fis-seba’ staġun għar-radju. 

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Janvil & DJ Kreny Eye 2 Eye
    • Luke Chappell Hamratia
    • Luke Vella – Don’t Call Me Baby
    • Andre CamilleriGreetings From Bluesville
    • Poġġi – Sirda
    • Moira StafraceBlinked
    • That bb – Olli

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  X’hemm fil-Qagħqa? Le, mhux qed nirreferi għal xi qagħqa tal-appostli li hija tant popolari f’dawn il-granet tar-randan, speċjalment aktar ma nersqu lejn iċ-ċelebrazzjoni tal-Għid il-Kbir.  Il-Qagħqa li qed nirreferi għaliha hija album li ħareġ fit-22 t’Ottubru 2025. Inħareġ bħala album vinyl f’edizzjoni limitata. U tant hi limitata din l-edizzjoni li anqas verżjoni diġitali sħiħa tagħha ma nħarġet mal-LP. Fil-verità din hija kollaborazzjoni bejn 4 tikketti tad-diski Maltin, li għażlu li jippreżentaw 12 il-silta ta’ mużika alternattiva minn Malta.  It-tikketti tad-diski huma KEWN Records, Ultralow Music, 141 Records, u AISO Records; din tal-aħħar ngħid id-dritt li ma tantx jien familjari magħha daqs kemm jien mat-tlieta l-oħra. Għax m’għandix il-kopja tiegħi ta’ dan l-album u wisq anqas m’għandna biex indoqquh waqt MMI, anke kieku għandi, illum qed indoqq is-siltiet minnu li hemm fuq il-Bandcamp biex jippromovuh.

    • Beesqueeze – Peas Louise
    • The Areola Treat – Merry Go Stop
    • Dalam – Barbershop Orchestra

    L-album Qagħqa fuq Bandcamp.

    Johann Caruana - Astra Nomina album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Astra Nomina ta’ Johann Caruana. Dan huwa album ta’ mużika elettronika mingħand xi ħadd li, ngħid għalija, s’issa m’assoċjajtux daqstant ma’ dan il-ġeneru ta’ mużika.  Kellna l-opportunità nisimgħu l-mużika tiegħu diversi drabi fl-aħħar sena, bejn wieħed u ieħor, u allura llum huwa pass naturali li nisimgħu siltiet mill-album tiegħu li ħareġ fil-31 ta’ Jannar 2026. Hemm ukoll vidoes għal dawn is-siltiet fuq YouTube għal min jippreferi jisma’ din il-mużika b’dak il-mod. Minn dan l-album illum għażilt dawn:

    • Luminous Skies
    • Slow Collapse of Time
    • The Last Emperor’s Dream
    • Beyond the Horizon

    > Isma’ l-album Astra Nomina ta’ Johann Caruana fuq Spotify.

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

     

  • Mużika Mod Ieħor – 759

    Mużika Mod Ieħor – 759

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-759 edizzjoni li huwa t-tmien programm fis-seba’ staġun għar-radju. 

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Kapitlu Tlettax Sakemm Ġejt Int
    • The JoyGivers Qalbi
    • Jamie Cardona – Kartolina
    • Miguel Samuel – Bewsa Bacio Kiss
    • Tara FormosaMonster
    • From Sheep to WolvesHollow
    • MylesWishing Well
    • Demis – A Special Place

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  X’inhi din ta’ Poġġi? Lura fl-2022, meta Mużika Mod Ieħor kien għadu jixxandar taħt l-isem ta’ Mużika 21 fuq Campus FM (dak iż-żmien) konna ltqajna mad-duo Nicholas Massa u Maurovic Cachia, magħrufa aħjar bħala Poġġi.  Kienu għadhom kemm nidhew l-tieni album tagħhom, bl-isem ta’ Dwal u Forom, u magħhom kienu ingħaqdu l-keyboardista Malcolm Abdilla u d-drummer Mark Zerafa. Għaddew 3 snin, u issa Poġġi jitfaċċa mill-ġdid b’din is-silta mnebbħa mill-grajjiet tas-6 ta’ Frar 2023, meta qabel sbieħ jum ġdid, intilfu 62 elf ħajja u ndarbu 107 elf oħra f’terremot li dam inqas minn minuta u nofs, fit-Turkija u s-Sirja.

    • Theżżiża.

    Sib il-mużika ta’ Poġġi fuq YouTube.

    Ray Agius - Supernova album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Supernova ta’ Ray Agius. Propjament dan l-album ħareġ fl-2025, iżda fis-17 ta’ Jannar 2026 tfaċċa wkoll online, b’mod partikolari fuq l-iSpotify. Fih kanzunetta bil-Malti waħda, u oħra bl-Ingliż, u allura dak li sostnejt il-ġimgħa l-oħra dwar l-album Għadna Għaddejjin ta’ Peklektru għadu validu. F’dan l-album ta’ Ray Agius, li ilu jinħema madwar 50 sena, il-mużiċisti li nsibu flimkien miegħu huma Dominic Galea fuq il-pjanu, sax u flawt minn Walter Vella, il-bassista Oliver Degabriele, trumbetta u flugel horn minn Alex Bezzina, id-drummer Ġużè Camilleri, u Nadine Axisa.  Minn dan l-album illum għażilt dawn:

    • Supernova
    • Logħba
    • Higher Dimension
    • Missing You

    > Isma’ l-album Supernova ta’ Ray Agius fuq Spotify.

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

     

  • Mużika Mod Ieħor – 758

    Mużika Mod Ieħor – 758

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-758 edizzjoni li huwa s-seba’ programm fis-seba’ staġun għar-radju. 

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • The Busker Bored in the Supermarket
    • Dav.Jr My Fault
    • Chess GaleaA Diva and A Problem
    • Benji Cachia – aQua
    • Sean BorgNostalġija
    • Kevin Borg – Għażiż Missier

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  X’għandu ġdid Manwel T? Wara kważi xahrejn sħaħ fejn it-tieni parti kienet iffukata fuq l-għażla tas-semmiegħa ta’ Mużika Mod Ieħor ta’ diski u recordings oħra li ħarġu fl-2025, illum inkomplu bil-kurżitajiet tiegħi. U llum għandna l-ewwel waħda għall-2026: x’għandu ġdid Manwel T. Dan huwa wieħed mill-aktar mużiċisti Maltin prolifiċi, u ftit hemm oħrajn li joħrġu materjal daqsu kull sena. Fis-6 ta’ Frar 2026 ħareġ it-tielet showcase album tiegħu, li jismu Equanimity. Fih għandna ħames siltiet strumentali reggae b’verżjonijiet dub wara kull waħda. U allura l-album fih 10 siltiet.  Stajt ħallejtu għat-tielet parti ta’ MMI, anike f’edizzjoni oħra, imma għażilt li ndaħħlu hawn u llum minnu għażilt dawn:

    • Equanimity
    • Temazcal
    • Ubuntu
    • Ubuntu dub

    > Isma’ jew niżżel l-album Equanimity  ta’ Manwel T fuq Bandcamp.

    Peklektru - Għadna Għaddejjin - album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Għadna Għaddejjin ta’ Peklektru. Hareġ fil-5 ta’ Frar 2026, u allura dan iffiser li matul Jannar ma kellna ebda album ġdid ta’ kanzunetti bil-Malti; jista’ jkun li ħarabli xi wieħed. Peklektru huwa l-isem li qed jirrekordja bih il-kitarrist u kantawtur Patrick Galea. Jakkumpanjawh fuq id-drums u l-bass, insibu lil Mike Briguglio u Ivan Borg, rispettivament. Uħud minn dawn il-kanzunetti inħarġu bħala lyric videos fil-granet qabel l-album inħareġ fuq Bandcamp.  Minn dan l-album illum għażilt dawn:

    • Għadna Għaddejjin
    • Pixel Blu
    • L-Innu taż-Żeffina Fjakki
    • Cassandra

    > Isma’ jew niżżel l-album Għadna Għaddejjin ta’ Peklektru fuq Bandcamp.

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.