Blog

  • Mużika Mod Ieħor – 765

    Mużika Mod Ieħor – 765

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-765 edizzjoni li huwa t-tieni programm fit-tmien staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • The Busker Un/Lovable
    • Raquela Sweet Nothings
    • Janice Mangion Ammen
    • Mikayla Wiċċ ta’ Grazzja
    • Delirium The Deceased

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  Tislima lil Edmond Zarb (1945–2026)

    Edmond Zarb kien figura magħrufa fil-qasam letterarju kif ukoll mużikali Malti, b’mod partikolari fl-aħħar 3 deċenji tas-seklu 20,  Huwa twieled fit-2 ta’ Marzu 1945 u beda l-karriera tiegħu bħala pjanist minn età żgħira, taħt iismu propja: Joseph Zarb. Eventwalment stabbilixxa ruħu bħala pjanista professjonali b’repertorju wiesa’ li kien jinkludi kemm mużika klassika kif ukoll mużika ħafifa. Għal aktar minn tletin sena serva bħala pianista residenti fil-Hilton International Malta u wara daqq ukoll regolarment fil-Westin Dragonara Resort.

    Barra mill-mużika, Edmond Zarb kellu mħabba kbira lejn il-lingwa Maltija u l-kitba. Apparti l-kliem tal-biċċa l-kbira tal-kanzunetti tiegħu, huwa kiteb diversi rumanzi, novelli u xogħolijiet oħra. Uħud mill-kitbet tiegħu anke ġew adattati għal radju u televiżjoni, u kien hekk li possibilment jibqa miftakar aktar bħala kittieb milli għall-mużika tiegħu.

    Riċentement tħabbret il-mewt tiegħu, propju fit-2 ta’ April 2026.u biex insellmulu minn hawn għażilt dawn il-kanzunetti tiegħu:

    • Edmond ZarbRajtek (verżjoni bil-pjanu biss minn Lingering Memories of Love – 2011)
    • Joe Cutajar + Incorvaja Twins – X’Fettillek Tlaqt (1977)
    • Helen Micallef – Mat-Tnegħid Tal-Mewġ (1992)
    • Renato – Rajtek

    > Isma’ ll-album Lingering Memories of Love ta’ Edmond Zarb fuq Soundcloud 

     

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Perelejżer-Perelejżer ta’ Brodu. Dan huwa l-ħames album ta’ dan il-grupp Malti tant maħbub, jekk tgħodd ukoll il-mini album Bambinella tal-2021  allura jiġu sitta. L-album fih 11-il silta ġdida u ħareġ fl-1 ta’ April 2026. Wara li fl-edizzjoni ta’ qabel din ta’ MMI inkludejt is-single promozzjonali minn Kollox Jgħaddi, llum għażilt li ndoqq dawn:

    • Perelejżer-Perelejżer
    • Il-Kaċċatur
    • Lura d-Dar
    • Xenqiet Tropikali

    > Isma’ jew niżżel l-album Perelejżer-Perelejżer ta’ Brodu fuq Bandcamp

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

     

  • Mużika Mod Ieħor – 764

    Mużika Mod Ieħor – 764

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-764 edizzjoni li huwa l-ewwel programm fit-tmien staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Kersten Graham Kulur
    • Brodu Kollox Jgħaddi
    • Rossann Isa Binti
    • Motherknives Zero
    • ElPaletti Thought is the Enemy of Flow

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  Qatt iltqajt ma’ Man of Galilee ta’ Frank O’Neill? Man Of Galilee hija Kantata tal-Għid miktuba lejn tmiem is-snin 70 minn Frank O’Neill meta kien għalliem tal-Arti u d-Drama fil-Kulleġġ Stella Maris fil-Gżira. Il-kanzunetti inġebru minn diversi pageants ta’ żmien ir-Randan li kienu ppreżentati fl-iskejjel tal-Freres matul is-snin sebgħin. Ix-xogħol inħadem ma’ grupp ta’ żgħażagħ studenti tal-kulleġġ u kien irrekordjat fl-istudios tal-BFBS fil-Furjana fl-1978.

    Ix-xogħol inħareġ bħala album fuq diska bit-33 dawra fil-minuta fuq it-tikketta tad-diski Centre.  L-arranġamenti mużikali saru minn Paul Abela u ndaqqu mill-Young People’s Ensemble li akkumpanja kor ta’ studenti mill-Kulleġġ ta’ Stella Maris. Helen De Gabriele, li dak iż-żmien kienet l-għalliema tal-mużika f’dik l-iskola organizzat kemm l-orkestra kif ukoll il-kor. Dan l-album ġie rimasterizzat diġitalment fl-2004 u nħareġ bħala CD.

    Fl-2019, f’għeluq l-40 sena mir-recording originali, saret produzzjoni ġdida sħiħa ta’ din il-kantata mill-istudenti tal-ħames sena tal-iskola primarja ta’ Stella Maris flimkien ma’ Ivan Degabriele, anke jekk uħud mill-kanzunetti kien għadhom jintużaw regolarment għall-pageants tal-Għid fil-kulleġġ.

    Mir-recording originali għażilt dawn:

    • The Giver of Life
    • They Forgot
    • In Gethsemani
    • Veronika

    > Isma’ l-verżjoni oriġinali tal-album Man of Galilee ta’ Frank O’Neill fuq YouTube 

     

    Cover of Man of Galilee (Re-Imagined) by Frank O'NeillPARTI 3: L-album tal-lum huwa Man of Galilee (Re-Imagined) ta’ Frank O’Neill. Din is-sena inħarġet verżjoni ġdid tal-album li tkellimna dwaru fit-tieni parti ta’ MMI llum. Dan ix-xogħol inħadem mill-ġdid u nħareġ fuq Spotify u pjattaformi diġitali oħra. Il-verżjoni l-ġdid tal-album ħarġet fl-25 ta’ Frar 2026. Fl-album insibu ko-produzzjoni ta’ Frank O’Neill uf ħuħ Kevin bl-użu tat-teknoloġija tal-intelliġenza artifiċjali. Ir-riżultat huwa tassew interessanti, fil-fehma tiegħu, u permezz tiegħu nistgħu napprezzaw ix-xogħol originali ta’ Frank O’Neill f’kuntest kontemporanju. Minnu għażilt li ndoqq l-istess siltiet li kellna fit-tieni parti:

    • The Giver of Life
    • They Forgot
    • In Gethsemani
    • Veronika

    > Isma’ l-album Man of Galilee (Re-Imagined) ta’ Frank O’Neill fuq Spotify

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

     

  • Mużika Mod Ieħor – 763

    Mużika Mod Ieħor – 763

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-763 edizzjoni li huwa t-tlettax-il programm fis-seba’ staġun għar-radju, wara li qbiżna t-tnax-il programm għal raġunijiet mhux spjegabbli.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • The Travellers Now That I’m With You

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  Singles li spikkaw fl-ewwel tlett xhur tal-2026.

    • Glen u Amber – Issa Naraw
    • The JoyGiversQalbi
    • Jamie CardonaGħall-Ħarġa
    • Michael AzzopardiAnnimali
    • Sean BorgAnnimal
    • Kapitlu TlettaxSakemm Ġejt Int
    • Kevin BorgGħażiż Missier
    • KayatiUninvited
    • The BuskerBored at the Supermarket
    • Matthew James – Too Much
    • DestinyI Promise
    • Gaia CauchiTama
    • Ivan GrechShow Me How To Love You
    • Dav.JrMy Fault
    • Red ElectricNow That I’m With You
    • Moira StafraceBlinked
    • MotherknivesBrothers
    • BilaSkin Eaters

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    Toni Sant fuq Campus 103.7PARTI 3: Albums li spikkaw fl-ewwel tlett xhur tal-2026.

    • PeklektruGħadna Għaddejjin
    • ClintessEjja
    • Demis FenechPost Consolidation
    • Manwel TEquanimity
    • Ray AgiusSupernova

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

     

  • Mużika Mod Ieħor – 762

    Mużika Mod Ieħor – 762

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-762 edizzjoni li huwa l-ħdax-il programm fis-seba’ staġun għar-radju. 

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Red Electric Now That I’m With You
    • Kayati Uninvited
    • Destiny – I Promise
    • The CosmicsEvolution
    • Melchior Sultana – It’s Allright

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  Doqtha l-Pudina tas-Sajf ta’ Alien Montesin? Xi ftit tal-jiem ilu rajt li diġà għaddej il-bejgħ tal-biljetti għall-Earth Garden ta’ din is-sena, avolja fadallu diversi xhur biex jasal. Fl-istess waqt tfaċċat ukoll il-Pudina tas-Sajf li għadda ta’ Alien Montesin fuq Soundcloud…però din issa jidher li sparixxiet. Tal-anqas hekk tista’ tisma’ parti minnha b’tifkira ta’ dak li kien is-sena l-oħra (jekk kont hemm) jew biex forsi titħajjar tmur l-Earth Garden din is-sena.

    • Alien Montesin – Pudina tas-Sajf  (Earth Garden ’25)

    > Isma’ aktar mingħand Alien Montesin fuq Soundcloud.

    Andre Camilleri - Greetings from Bluesville album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Greetings From Bluesville ta’ Andre Camilleri. U hekk hu li għandna l-ewwel album t’Andre Camilleri għall-2026. Propjament dan ħareġ fl-28 ta’ Jannar 2026 u diġà kellna ċans nisimgħu t-title track minnu xi ftit tal-ġimgħa ilu. Għalkemm Camilleri jipprova jvarja xi ftit l-istil tiegħu minn album għall-ieħor, il-ħoss distintiv tiegħu jibqa’ dejjem hemm, anke minħabba l-vuci relattivament distinta tiegħu. Dan huwa t-92 album ta’ dan il-kantawtur ibbażat fl-Awstralja u llum minnu għażilt dawn:

    • Greetings From Bluesville
    • Hard Times
    • You Keep Me Sane
    • It’s Over

    > Isma’ jew niżżel l-album Greetings from Bluesville ta’ Andre Camilleri fuq Bandcamp.

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.