Blog

  • Mużika Mod Ieħor – 684

    Mużika Mod Ieħor – 684

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-684 edizzjoni li huwa l-għaxar programm fl-ewwel staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Lyndsay Pace One and Only
    • [Ex] da Bass Synthetic Panic
    • LighthouseGhost of the Blues
    • Karm Debattista mssp Thank You
    • Christine DalliNelle Tue Mani
    • Chess GaleaPrescription (Acoustic Version)

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2: Ħsejjes mill-Farsons Beer Festival 2024. Il-Festival tal-Birra ilu jsir kull sena f’Malta madwar 40 sena. Matul dawn is-snin tfaċċaw festivals oħra tal-birra, imma dak li f’dawn l-aħħar snin sar appuntament regolari f’Ta’ Qali kull sena, indubjament li joffri l-aħjar pjattaforma għall-mużiċisti lokali permezz ta’ diversi palkijiet — jew kif hemm min isejħilhom stages — b’ġeneri differenti ta’ mużika minn Malta. Mhux se nagħmel feature dwar il-festival tal-birra, imma għax tfaċċaw xi recordings live, ta’ kwalità varja, ħassejt li xieraq inwassal xi ħaġa minnhom f’din il-parti ta’ Mużika Mod Ieħor għal-lum.

    • The Areola Treat – Bells of Saint Clemens
    • B.N.I. feat. il-Fish – Qrunha f’Butha
    • ManatapuSugaman

    Oxygyn - Compound album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Compound ta’ Oxygyn. Dan l-album propjament ħareg 22 ta’ Marzu 2024 bħala diska vinyl biss.  Kien xahar wara, eżattament fl-24 t’April li tfaċċa fuq il-pjattaformi diġitali, bħal Spotify. Forsi kien għal din ir-raġuni li jiena ma nkludejtux mill-ewwel, dak iż-żmien waqt is-sensiela ta’ Mużika 21 fuq Campus 103.7. Vinyl m’għandix biex indoqq faċilment għar-radju, u minn pjattaformi bħal Spotify m’hemmx mod regolari biex jindaqqu siltiet fuq ir-radju. Diversi siltiet mill-album inħarġu mill-grupp bħala singles fix-xhur ta’ qabel, uħud minnhom b’videos ta’ ċertu mpenn estetiku ukoll. Insomma,  issa għażilt dawn is-siltiet għal-lum:

    • Venom
    • Wicked White Lies
    • Purgatorju
    • Waste

    > Isma’ l-album Compund ta’ Oxygyn fuq Spotify

     

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm u s-Sibt fis-2pm.

  • Mużika Mod Ieħor – 683

    Mużika Mod Ieħor – 683

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-683 edizzjoni li huwa d-disa’ programm fl-ewwel staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • The Rifffs Modern Society Dub – Manwel T Mix
    • Current Daze Synthetic Panic
    • Chess GaleaPrescription
    • Klinsmann Something Real
    • Robert Farrugia & Welleda MullerTilwin (Medieval Rework)
    • SkaldIl-Qatra (radio mix)

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2: Min hu Mavange? Din mistoqsija li qatt ma ħsibna dwarha la waqt Mużika Mod Ieħor u anqas f’kuntesti oħra. Mavange huwa l-isem li jirrekordja bih Manuel Psaila. Ma nafx li qatt daqqejt il-mużika tiegħu qabel illum u riċentament tfaċċali fuq il-kanal tiegħu tal-YouTube li fih diversi videos b’kompożizzjonijiet tiegħu. Ftit li xejn naf aktar dwaru iżda Illum għażilt li ndoqqilkom tnejn minnhom:

    • A Majestic Planet
    • Evolution of the Universe

    Andre Camilleri - Clouds album cover art 2

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Clouds ta’ Andre Camilleri. Dan huwa r-raba’ album ta’ dan il-kantawtur Malti-Awstraljan għal din is-sena. Iva, fl-2024, Camilleri diġà kellu 3 albums oħra – Top Dog, Hell Bound, u Lost in the Wilderness – li kollha kienu magħżula bħala l-album tal-ġurnata waqt edizzjonijiet preċedenti ta’ MMI kif ukoll Mużika 21. Dan il-ġdid ħareġ fid-9 ta’ Lulju 2024 u diġà kelli l-okkazzjoni ndoqq silta minnu. Issa għażilt dawn is-siltiet għal-lum:

    • Clouds
    • Don’t Cry for Me
    • All In Vain

    > Isma’ jew niżżel l-album Clouds ta’ Andre Camilleri fuq Bandcamp

     

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm u s-Sibt fis-2pm.

  • Mużika Mod Ieħor – 682

    Mużika Mod Ieħor – 682

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-682 edizzjoni li huwa t-tmien programm fl-ewwel staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Kelsey Bellante S.W.E.A.T.
    • Megan May I Confess
    • KodinIt’s Alright
    • Melbourne Ska Orchestra John Wayne
    • Philip Boa & The VoodooclubRain Poets
    • MylesAnxiety (A Cinematic Experience)
    • Notes to AddyHeart of Stone

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2: Għal darb’ oħra: Scallop Studios. Fil-bidu tar-rebbiegħa li għaddiet iltajt ma’ dan l-isem permezz ta’ YouTube u kont inkludejt il-mużika tiegħu fit-tieni parti ta’ wieħed mill-programmi ta’ Mużika 21 t’April li għadda. Dak innhar kont intbaħt li hemm involut Jason Spiteri wara dan l-isem. Jason Spiteri kien deher ukoll fit-tielet parti tal-55 programm ta’ dik is-sensiela bil-ġabra tiegħu Artefacts of aimless musical experimentation f’Ottubru tal-2022.  Issa tfaċċa EP ġdid li jismu The Journey mingħandu fuq Spotify u pjattaformi diġitali oħra flimkien ma’ video kunċettwali permezz tal-YouTube. Scallop Studios effettivament huwa l-isem li jirrekordja u jippubblika bih Jason Spiteri. Ftit li xejn naf aktar minn hekk, ħlief li dawn huma s-siltiet f’dan l-EP l-ġdid tiegħu:

    • Look Back
    • Dilly Dally
    • The Scallop
    • The Journey

    Neil Pantos - Salt Water album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Salt Water ta’ Neil Pantos. Dan huwa l-album il-ġdid ta’ DJ relattivament veteran li twieled Malta fl-1982. Dawk midħla tax-xena elettronika jafu ismu, u jafu li assoċjat mat-tikketti tad-diski tiegħu Chain Records u, aktar riċenti, Solid Tracks Records. Għal xi raġuni, dan l-album il-ġdid tiegħu inħareġ mit-tikketta tad-diski Battibatti, li sa fejn naf jien mhux normalment assoċjat magħha Neil Pantos. L-album jaf il-bidu tiegħu madwar erba’ snin ilu, waqt il-pandemija,  huwa stilistikament xi ftit differenti mix-xogħol regolari li nafu mingħand Neil Pantos. Minn l-album Salt Water, li ħareġ fis-27 ta’ Lulju 2024, għażilt dawn is-siltiet għal-lum:

    • Sama
    • With No Return
    • The Old Village
    • The Unseen

    > Isma’ jew niżżel l-album Salt Water ta’ Simon Sammut fuq Bandcamp

     

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm u s-Sibt fis-2pm.

  • Mużika Mod Ieħor – 681

    Mużika Mod Ieħor – 681

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-681 edizzjoni li huwa s-seba’ programm fl-ewwel staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Matthew James Paradise
    • Kurt Kind So Bored
    • Krista Šujak Stronger (remix)
    • God BeltGates (mill-album Ovifat)
    • Vince BongailasChange + Remember (1964 EP)

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2: Min huma Amalgamate? Il-mistoqsija għall-kurżità tal-lum hija verament xierqa għax għandi dubji serji kemm hemm min jista’ jwieġeb din il-mistoqsija ħlief forsi Andre Micallef Grimaud u Peter Schranz li kienu ż-żewġ membri ta’ dan id-duo attiv f’nofs is-snin 70. Madwar 5 snin ilu huma ħarġu ġabra ta’ recordings tagħhom maqbuda bejn l-1974 u l-1977. Andre Micallef Grimaud għandu konnessjoni max-xena mużikali attwali għax bintu Lisa hija l-kantanta tal-grupp Malti The Areola Treat, li kellna l-opporunità nisimgħu l-mużika tagħhom diversi drabi waqt MMI matul is-snin. Dwar Peter Schranz ftit li xejn naf, ħlief li m’għandix dubju li huma mill-familja tal-artisti Schranz stabbiliti f’Malta għal aktar minn żewġ sekli: dixxendenti ta’ Anton Schranz, uliedu  Giovanni, Antonio, u Giuseppe, kif ukoll iben Giovanni, Costantino, u x’naf jien, sa ma naslu f’Ian Schranz fi żmienna. It-tlett siltiet li għażilt illum aktarx li huma minn recording li kien sar fl-istudios tar-Rediffusion kif ittarfilna l-announcer minn dak iż-żmien, fejn issemi wkoll żewġ siltiet oħra – waħda tal-Beatles u oħra ta’ Elton John – li mhux inklużi la hawn u anqas fuq il-ġabra maħruġa fuq Soundcloud fl-1 ta’ Frar 2019.

    • Midnight Mist
    • Philonova Classic
    • Rodomel

    Simon Sammut - Visions of Transcendence album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Visions of Transcendence ta’ Simon Sammut. Dan huwa r-raba’ album ta’ Simon Sammut wara Bassic Attitude (2011) u Crossing (2017), kif ukoll il-kollaborazzjoni tiegħu ma’ Omar Vázquez, Gravity. Flimkien ma’ Simon Sammut fuq l-album Visions of Transcendence hemm diversi mużiċisti minn pajjiżi li jinkludu l-Italja, l-Istati Uniti, l-Arġentina, il-Kanada, l-Ukrajna, kif ukoll Malta.Fil-verżjoni tal-album maħruġa fuq Bandcamp hemm lista sħiħa tagħhom. L-album ħareġ għall-bejgħ ukoll fuq CD u vinyl, apparti bħala digital download, fid-17 ta’ Lulju 2024.  Minnu għażilt dawn is-siltiet għal-lum:

    • Visions of Transcendence
    • Pure and True
    • Guiding Light
    • Take the Next Flight

    > Isma’ jew niżżel l-album Visions of Transcendence ta’ Simon Sammut fuq Bandcamp

     

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm u s-Sibt fis-2pm.