Blog

  • Mużika Mod Ieħor – 758

    Mużika Mod Ieħor – 758

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-758 edizzjoni li huwa s-seba’ programm fis-seba’ staġun għar-radju. 

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • The Busker Bored in the Supermarket
    • Dav.Jr My Fault
    • Chess GaleaA Diva and A Problem
    • Benji Cachia – aQua
    • Sean BorgNostalġija
    • Kevin Borg – Għażiż Missier

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  X’għandu ġdid Manwel T? Wara kważi xahrejn sħaħ fejn it-tieni parti kienet iffukata fuq l-għażla tas-semmiegħa ta’ Mużika Mod Ieħor ta’ diski u recordings oħra li ħarġu fl-2025, illum inkomplu bil-kurżitajiet tiegħi. U llum għandna l-ewwel waħda għall-2026: x’għandu ġdid Manwel T. Dan huwa wieħed mill-aktar mużiċisti Maltin prolifiċi, u ftit hemm oħrajn li joħrġu materjal daqsu kull sena. Fis-6 ta’ Frar 2026 ħareġ it-tielet showcase album tiegħu, li jismu Equanimity. Fih għandna ħames siltiet strumentali reggae b’verżjonijiet dub wara kull waħda. U allura l-album fih 10 siltiet.  Stajt ħallejtu għat-tielet parti ta’ MMI, anike f’edizzjoni oħra, imma għażilt li ndaħħlu hawn u llum minnu għażilt dawn:

    • Equanimity
    • Temazcal
    • Ubuntu
    • Ubuntu dub

    > Isma’ jew niżżel l-album Equanimity  ta’ Manwel T fuq Bandcamp.

    Peklektru - Għadna Għaddejjin - album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Għadna Għaddejjin ta’ Peklektru. Hareġ fil-5 ta’ Frar 2026, u allura dan iffiser li matul Jannar ma kellna ebda album ġdid ta’ kanzunetti bil-Malti; jista’ jkun li ħarabli xi wieħed. Peklektru huwa l-isem li qed jirrekordja bih il-kitarrist u kantawtur Patrick Galea. Jakkumpanjawh fuq id-drums u l-bass, insibu lil Mike Briguglio u Ivan Borg, rispettivament. Uħud minn dawn il-kanzunetti inħarġu bħala lyric videos fil-granet qabel l-album inħareġ fuq Bandcamp.  Minn dan l-album illum għażilt dawn:

    • Għadna Għaddejjin
    • Pixel Blu
    • L-Innu taż-Żeffina Fjakki
    • Cassandra

    > Isma’ jew niżżel l-album Għadna Għaddejjin ta’ Peklektru fuq Bandcamp.

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

     

  • Mużika Mod Ieħor – 757

    Mużika Mod Ieħor – 757

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-757 edizzjoni li huwa s-sitt programm fis-seba’ staġun għar-radju. 

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Peklektru Bħalissgħadnhaw’
    • Sean Borg Annimal
    • Gaia CauchiTama
    • Karm Debattista mssp – I Come Alive
    • Singularity PointAssemblages of the Self

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  MMI 2025 Listeners’ Picks Poll. F’din il-parti ta’ Mużika Mod Ieħor illum għandna kurżità speċjali: liema kienu dawk is-siliet li intom is-semmiegħa tagħna għażiltu bħala l-favoriti tagħkom tal-2025. Il-votazzjoni kienet miftuħa matul ix-xahar kollu ta’ Jannar, kif tkun kull sena, u vvotaw 189 persuna. Dawn huma l-għażliet tagħkom f’kull kategorija:

    Maltin ibbażati barra minn Malta:

    • Alexandra Alden

    Albums:

    • Benji CachiaAkshara 

    EPs:

    • Eyes to Argus – Reboot

    Videos bil-Malti:

    • Beheaded –Għadam

    Videos mhux bil-Malti:

    • Bila A Thousand Wolves

    Lyric videos:

    • Scar – Dancing in the Sun

    Singles:

    • Chellcy Reitsma Carpe Diem

    Ara d-diski u recordings oħra kollha innominati mill-2025 u aktar dettalji dwar l-aktar 5 li rċievew voti f’kull kategorija

    Glen Montanaro and Sophus Bech - Centrepiece album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Centrepiece ta’ Glen Montanaro & Sophus Bech. Kellna albums oħra mingħand il-kitarrist Glen Montanaro waqt MMI matul is-snin li għaddew. Illum għandna l-ġdid tiegħu, maħruġ ftit tal-ġranet ilu, fl-24 ta’ Jannar 2026. Din id-darba għandna dwett ieħor, f’dan il-każ mas-sassofonist Daniż Sophus Bech. Ngħid għalija tinħass sew id-differenza fil-ħoss ta’ din il-kollaborazzjoni minn dik li offrielna Montanaro f’Nordterra ma’ Walter Vella, ftit aktar minn sena ilu – f’Novembru 2024. It-timbru ta’ Montanaro hemm għadu, imma din id-darba d-daqq ta’ Bech iżid fl-estetika Nordika li jippreżenta dan il-kitarrist Malti.  Minn dan l-album illum għażilt dawn:

    • Persistence
    • Prolonging
    • Brain Behind

    > Isma’ jew niżżel l-album Centrepiece ta’ Glen Montanaro & Sophus Bech kollu fuq Bandcamp.

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

     

  • Mużika Mod Ieħor – 756

    Mużika Mod Ieħor – 756

    IVVOTA: MMI 2025 Listeners’ Picks Poll

    L-għażliet jintlaqgħu sal-31 ta’ Jannar 2026.


    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-756 edizzjoni li huwa l-ħames programm fis-seba’ staġun għar-radju. 

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Tara Formosa Make Me Melt
    • BilaSin Eaters 
    • Myles Healing
    • Malcolm PisaniI Found You
    • Ivan Grech – Show Me How To Love You
    • Upper Lip – Another Kiss

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  Liema kienu l-aktar videos Maltin (mhux bil-Malti) li spikkaw fl-2025? Wasalna fi tmiem is-sejħa għall-voti tagħkom għall-aktar diski u recordings oħra favoriti tagħkom tas-sena l-oħra. Il-voti jintlaqgħu sal-aħħar ta’ Jannar u fl-edizzjoni li jmiss ta’ MMI nippreżentawlkom l-għażliet tagħkom mill-kategoriji kollha li tkunu vvutajtu fuqhom. Illum fadal biss li nagħtu ħarsa lejn uħud mill-aktar videos (mhux bil-Malti) li spikkaw matul l-2025:

    • Red Electric feat. Chasing Pandora – Fragile
    • Chasing PandoraTicket to the Moon 
    • BeeTwo Sugars Less
    • Kill the Action feat. Moira Stafrace – Falling
    • Spooky Monkey – Neon Funk
    • Sarah Bonnici Is This How It Ends?
    • Muxu – Honeymoon
    • Aidan – Taste
    • The Busker – my Oh my
    • Lyndsay – Lullaby
    • Megan May Love Me
    • KayatiI Hate It
    • Nick MoralesState of Mind
    • Divine SinnersSo What
    • A Broken DesignSun in the Gutter
    • Vinyl ParadiseSold My Soul

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

    Miriana Conte - Overstimulated album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Overstimulated ta’ Miriana Conte. Għalkemm qed insejħulu album, dan jaf hemm min iqisu bħala EP, però fih 8 siltiet. Tlieta minnhom huma s-singles li ħarġet din il-kantanta popolari s-sena l-oħra – Serving Kant, i8, u Napolitana. Fih ukoll 5 siltiet ġodda, jew li tal-anqas jien ma kontx naf bihom qabel ħareġ dan l-album fis-16 ta’ Jannar 2026. U allura llum minnu għażilt dawn:

    • That Kind of Man
    • Freak
    • Nokia

    > Isma’ l-album Overstimulated ta’ Miriana Conte kollu fuq Spotify.

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

     

  • Mużika Mod Ieħor – 755

    Mużika Mod Ieħor – 755

    IVVOTA: MMI 2025 Listeners’ Picks Poll

    L-għażliet jintlaqgħu sal-31 ta’ Jannar 2026.


    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-755 edizzjoni li huwa r-raba’ programm fis-seba’ staġun għar-radju. 

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Michael Azzopardi Annimali
    • James Cardona – Għall-Ħarġa 
    • Fadi Abou Rjeili Ah, xi ħlew!
    • Mario Saliba –Mighty God
    • The Alchemist/MidnightIt’s Never Too Late
    • SceptocryptThis Odometer Syndrome

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  Liema kien l-aktar esponenti Maltin ibbażati barra li spikkaw fl-2025? Qed noqorbu lejn it-tmiem tas-sejħa għall-voti tagħkom għall-aktar diski u recordings oħra favoriti tagħkom tas-sena l-oħra. Tajjeb li nkomplu naraw il-kategoriji li fadal biex intom tkomplu tivvotaw għall-għażla tagħkom. Illum imiss li nagħtu ħarsa lejn il-Maltin ibbażati barra. Il-votazzjoni miftuħa sal-aħħar ta’ Jannar:

    • Chess Galea – Falling Knives
    • Tom CaruanaSalsa Verde [Perfect Match] 
    • Peach TalkCollidescope
    • Andre CamilleriMake America Great Again
    • Mama Kin Spender – Promises
    • Melbourne Ska OrchestraThe Ballad of Monte Loco
    • Alexandra Alden –Big Sky
    • Fake Ophelia – Out of Time
    • Sandro Zerafa – Serendipity
    • Tara FormosaConfessional
    • Klingande & Shaun Farrugia Feelings for You
    • BahjatLoco

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

    Banjo Lucia - Mine album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Mine ta’ Banjo Lucia. Dan huwa wieħed mill-EPs li ħarġu s-sena l-oħra li ili biex ninkludih għal diversi ġimgħat, biex ma ngħidx xhur. Illum ħadt l-okkazzjoni wkoll biex norbtu mat-tieni parti fejn iffukajna fuq il-Malti ibbażati barra, u Banjo Lucia tidħol f’din il-kategorija minħabba l-parentela tagħha. Dan l-EP ħareġ fuq Bandcamp 19 ta’ Settembru 2025  u llum minnu għażilt dawn:

    • Mine
    • Cartwheel
    • Hold On Tight

    > Isma’ jew niżżel l-EP Mine ta’ Banjo Lucia fuq Bandcamp.

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.