Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-757 edizzjoni li huwa s-sitt programm fis-seba’ staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Peklektru – Bħalissgħadnhaw’
- Sean Borg – Annimal
- Gaia Cauchi – Tama
- Karm Debattista mssp – I Come Alive
- Singularity Point – Assemblages of the Self
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: MMI 2025 Listeners’ Picks Poll. F’din il-parti ta’ Mużika Mod Ieħor illum għandna kurżità speċjali: liema kienu dawk is-siliet li intom is-semmiegħa tagħna għażiltu bħala l-favoriti tagħkom tal-2025. Il-votazzjoni kienet miftuħa matul ix-xahar kollu ta’ Jannar, kif tkun kull sena, u vvotaw 189 persuna. Dawn huma l-għażliet tagħkom f’kull kategorija:
Maltin ibbażati barra minn Malta:
- Alexandra Alden
Albums:
- Benji Cachia – Akshara
EPs:
- Eyes to Argus – Reboot
Videos bil-Malti:
- Beheaded –Għadam
Videos mhux bil-Malti:
- Bila –A Thousand Wolves
Lyric videos:
- Scar – Dancing in the Sun
Singles:
- Chellcy Reitsma – Carpe Diem
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Centrepiece ta’ Glen Montanaro & Sophus Bech. Kellna albums oħra mingħand il-kitarrist Glen Montanaro waqt MMI matul is-snin li għaddew. Illum għandna l-ġdid tiegħu, maħruġ ftit tal-ġranet ilu, fl-24 ta’ Jannar 2026. Din id-darba għandna dwett ieħor, f’dan il-każ mas-sassofonist Daniż Sophus Bech. Ngħid għalija tinħass sew id-differenza fil-ħoss ta’ din il-kollaborazzjoni minn dik li offrielna Montanaro f’Nordterra ma’ Walter Vella, ftit aktar minn sena ilu – f’Novembru 2024. It-timbru ta’ Montanaro hemm għadu, imma din id-darba d-daqq ta’ Bech iżid fl-estetika Nordika li jippreżenta dan il-kitarrist Malti. Minn dan l-album illum għażilt dawn:
- Persistence
- Prolonging
- Brain Behind
> Isma’ jew niżżel l-album Centrepiece ta’ Glen Montanaro & Sophus Bech kollu fuq Bandcamp.
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.
Podcast: Play in new window | Download () | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | RSS | More

Leave a comment…