Skip to content

Mużika 21 – numru 046

Is-sensiela Mużika 21 tkompli bl-46 edizzjoni li hija s-seba’ programm fir-raba’ staġun.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar…

Chess  – Take it Right Back

Brooke + Carlo Gerada – Love

Toby – Can’t Have You

One11 – Purpose

Bark Bark Disco – On the Dance Floor

ElderWater feat. Joe Cairney – Just to Make a Kill

Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

 

PARTI 2: Gaetano Buttigieg kien wieħed mill-aktar kantanti Maltin li kienu popolari f’Malta fis-snin ħamsin u sittin tas-seklu l-ieħor. Il-biċċa l-kbira tal-kanzunetti tiegħu kienu verżjonijiet bil-Malti ta’ kanzunetti popolari Taljani, Ingliżi jew Amerikani. Il-popolarità tiegħu kisibha l-aktar permezz tar-Rediffusion. Aktarx li l-legat tiegħu baqa’ ħaj sal-lum għax huwa kellu familja kbira li għadha tkattar il-wirt kulturali tiegħu sal-lum. Issa, bintu Mary Anne Zammit, magħrufa sew fis-snin disgħin b’mod partikolari għall-kanzunettii għat-tfal, ħarġet album b’recordings li għamlet ma’ missierha fl-2002 propju sena u nofs qabel miet, fit-23 ta’ Frar 2004.

  • Immorru għaż-Żrinġijiet
  • Marċellino Ħobż u Nbid
  • Rock ‘n Roll bil-Futbol
  • Kampnari ta’ Malta

Isma’ jew niżżel l-album kollu Għanjiet Mumenti Ħelwin mal-papà Gaetano ta’ Mary Anne Zammit fuq Bandcamp

 

The New Victorians - Thick Skin - album cover artPARTI 3: L-album tal-lum huwa Thick Skin ta’ The New Victorians. Dan album li ġie varat diversi ġimgħat ilu b’modxi ftit differenti mnn kif jinħarġu l-biċċa l-kbira tal-albums f’Malta.  Apparti hekk però, irċvejt kumment mingħand semmiegħ regolari ta’ dan il-programm li lmenta miegħi li m’hemmx verżjoni CD ta’ dan l-album imma ssibu bis bħala download jew inkella fuq Spotify. Personalment ili li għamilt paċi mal-idea ta’ digital releases sew bħala download u anke streaming; anke jekk dan tal-aħħar huwa format ferm aktar impersonali. Ngħid għalija, n-nuqqas li ħassejt f’dan l-album hu li jinkludi biss is-siltiet bl-Ingliż kollha mill-EP tagħhom If I Had to Tell You the Truth li ħareġ is-sena l-oħra, u mhux dawk bil-Malti. Mill-bqija, għandna album li jservi ta’ vetrina għat-talenti mużikali tal-aħwa Philippa u Bettina Cassar. Ċertament xi ħaġa li għandha s-segwaċi tagħha sew fil-gżejjer Maltin kif ukoll ‘l hinn minnhom.

  • Thick Skin
  • Good Part
  • Heart to Heart
  • Worth It
  • Almost There

Isma’ l-album Thick Skin ta’ The New Victorians kollu fuq Spotify

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

Leave a comment...