Il-Vjaġġi Enċiklopediċi tiegħi, is-sensiela radjufonika fuq Campus FM, tkomplu bi programm li fih niltaqgħu ma’ diversi nies attivi fil-Moviment globali tal-Wikimedia. Dawn huwa d-dsatax-il programm, li jiġi s-sitt wieħed fit-tieni sensiela.

Din id-darba niltaqgħu ma’ LiAnna Davis, mill-Fondazzjoni Wiki Education fl-Istati Uniti tal-Amerika. Magħha nitkellmu dwar il-użu tal-Wikipedia fil-qasam edukattiv, mod speċjali fl-Universitajiet madwar id-dinja.
Fit-tieni parti, fejn nimirħu fl-odisseja enċiklopedjana nagħti wkoll ħarsa lejn il-multilingwiżmu fuq il-Wikipedija bil-Malti..
Il-programmi huma disponibbli online wara li jixxandru t-Tlieta fil-4:30pm, jew fir-ripetizzjoni ta’ nhar il-Ħamis fit-3pm.
Dis-sensiela hija produzzjoni tal-M3P Foundation għal Campus FM.
Leave a comment…