Blog

  • Mużika Mod Ieħor – 725

    Mużika Mod Ieħor – 725

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-725 edizzjoni li huwa t-tnax-il programm fir-raba’ staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Matthew James If I Ever Lose You
    • The Busker – Something In My Head
    • Kevin Borg Ground Zero 
    • Lokko Minn Għajnejja
    • Manwel T – You Never Walk Alone

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  X’inhu eżatt l-aħħar album ta’ Tom Caruana? Dan il-mużiċist Ingliż ta’ dixxendenza Maltija spiss nisimgħu mingħandu waqt MMI. Ftit tal-ġranet ilu, eżattament fit-3o ta’ Mejju 2025, huwa ħareġ l-aktar album riċenti tiegħu. Bħal diversi proġetti oħra li rajna mingħandu f’dawn l-aħħar snin, dan l-album il-ġdid ukoll huwa partikolari ħafna. Jismu Salsa Verde imma dan ma jfisser xejn, jew tal-anqas xejn li jgħinek tifhem x’fih eżatt. Il-mużika fih hija mibnija fuq siliet meħuda mill-librerija vasta ta’ mużika inċidentali tad-ditta KPM li hija magħrufa sew speċjalment fost il-produtturi tat-TV  għax għal diversi snin offriet mużika li tista’ tintuża faċilment fil-produzzjonijiet tagħhom. Issa, din il-librerija qed ntinuza b’mod regolari minn produtturi tal-mużika bħal Tom Caruana, biex joħolqu materjal bħal dak li nsibu fl-album tiegħu Salsa Verde. Minn dan l-album illum għażilt dawn:

    • Hits Hits Hits
    • Influential
    • Back in the Days

    > Isma’ jew niżżel l-album kollu Salsa Verde ta’ Tom Caruana fuq Bandcamp

    The JoyGivers - Għawdex Tiegħi album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Għawdex Tiegħi ta’ The JoyGivers. Ilhom ġejjin singles minn dan l-album għal dawn l-aħħar sentejn, jekk mhux aktar. U issa, fl-10 ta’ Ġunju 2025, tfaċċa dan l-album li mhux biss jiġbor fih dawn id-diversi siliet li kellna mingħand dan il-grupp Għawdxi fl-aħħar xhur jew snin, imma anke siltiet oħra li ma dehru qatt qabel bħala recording. Illum għażilt li ndoqq dawn is-siltiet minnu.

    • Għawdex Tiegħi
    • Logħba Brilli
    • Fir-Ramla l-Ħamra
    • Emmen

     

    > Isma’ l-album kollu Għawdex Tiegħi ta’ The JoyGivers fuq Spotify

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

  • Mużika Mod Ieħor – 724

    Mużika Mod Ieħor – 724

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-724 edizzjoni li huwa l-ħdax-il programm fir-raba’ staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Spooky Monkey Neon Funk
    • KayatiI Hate It
    • Cosette Baldacchino Misunderstood 
    • Lyndsay Lullaby
    • Andrew Cauchi – Ward Ifuħ
    • Kapitlu Tlettax feat. Reanue  – Hawn Għalik

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  Tislima lil David Vella (1955–2025). Fix-xena tal-mużika lokali hemm diversi persuni li huma magħrufa sew minn mużiċisti oħra iżda li għal xi raġuni jew oħra mhux daqstant magħrufa mill-pubbliku. Hekk nikklassifikah lil David Vella jien li ħalliena fit-2 ta’ Ġunju 2025. Lil David ili naf bih minn meta kont tifel żgħir, għax bħalu trabbejt fil-parroċċa ta’ San Ġirgor, f’tas-Sliema. William Mangion iqisu bħala wieħed mill-akbar ħbieb u ispirazzjoni tiegħu. Filfatt qabel marad tant li spiċċa l-isptar, kien qed jipprepara biex jingħaqad mal-banda tiegħu f’sensiela ta’ spettakli li jiċċelebraw il-mużika ta’ Joe Cocker. Fix-xena tal-mużika rock lokali nsibu żewġ recordings ta’ David Vella fuq l-accordion mal grupp The Characters, fl-album tagħhom Face to Face li ħareġ madwar 28 sena ilu. Però David Vella kien anke jikteb il-kanzunetti u jdoqq bħala solista, b’mod relattivament low-key hafna. Minn dan kollu għandna dawn is-siltiet x’nisimgħu biex niftakruh illum:

    • The Characters – Why in the World
    • William Mangion: Joe Cocker Tribute BandN´Oubliez Jamais
    • The Characters – Work It Out
    • David VellaF You Corona

     

    Benji Cachia – Akshara album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Akshara ta’ Benji Cachia. Ħareġ fit-25 ta’ April 2025 u allura huwa wieħed mill-albums il-ġodda ta’ din is-sena. Huwa album xi ftit mhux tas-soltu fix-xena tal-mużika lokali, sew stilistikament kif ukoll għall-fatt li huwa album ta’ perkussjonista li qed jikkollabora ma’ diversi mużiċisti sew Maltin kif ukoll barranin.  Illum għażilt li ndoqq dawn is-siltiet minnu.

    • Tolga’s Mountain
    • 10 Beats Later
    • The Shady Side of Callisto

    > Isma’ l-album Akshara ta’ Benji Cachia fuq Spotify.

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

  • Mużika Mod Ieħor – 723

    Mużika Mod Ieħor – 723

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-723 edizzjoni li huwa l-għaxar programm fir-raba’ staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • NEO-X feat. Cher Camilleri Il-Ħajja
    • Nate RopeFalling
    • Antares Flare feat. Fenne A Life You Keep Denying 
    • Colourblind – Jekyll & Hyde
    • Andre CamilleriTumbleweed (country version)
    • Lady Lizard Bloat Drone

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  X’ġara f’ The Garage fit-13 ta’ Mejju 2022? Għal min jaf diġà bil-post imsejjaħ The Garage, fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ, allura din il-mistoqsija aktarx li hija ferm anqas misterjuża milli tista’ tkun għal ħaddieħor. Jiena ma kontx hemm, u attwalment qatt ma mort għadni f’dan il-post. Fit-13 ta’ Mejju ta’ sentejn ilu, kien hemm band Maltija bl-isem ta’ A Black White Satellite li daqqew live u issa ħarġu recording ta’ dik is-serata permezz tal-Bandcamp. U huwa propju siltiet minn dan ir-recording li qed nisimgħu llum. Ir-recording sar minn Steve Lombardo u l-mixing u mastering saru minn Sean Attard. Jien għażilt dawn is-siltiet ta’ A Black White Satellite mill-kunċert tagħhom fil-Garage ta’ Ħaż-Żebbuġ irrekordjat fit-13 ta’ Mejju 2022:

    • Intro
    • Wrong Turn
    • Void
    • Till the End

    > Isma’ jew nizzel l-album kollu Live at The Garage (13th May 2022) ta’ A Black White Satellite fuq Bandcamp

     

    Dario Genovese - Burgundy EP cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa l-EP Burgundy ta’ Dario Genovese. Ħareġ fit-22 ta’ Mejju u allura mhux biss tassew riċenti imma maħruġ ukoll f’dak li s’issa kien l-aktar xahar li fih ħarġu albums u EPs Maltin għal din is-sena, tal-anqas s’issa. Minn dan l-EP diġà smajna żewġ siltiet fl-aħħar xhur. Illum għażilt li ndoqq l-erba’ siltiet li fih, anke biex is-semmiegħa jieħdu idea sew ta’ dan l-EP.

    • Find You
    • Washington Square Park
    • Two
    • Higher

    > Isma’ jew niżżel l-EP Burgundy ta’ Dario Genovese fuq Spotify.

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

  • Mużika Mod Ieħor – 722

    Mużika Mod Ieħor – 722

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-722 edizzjoni li huwa d-disa’ programm fir-raba’ staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Chellcy Reitsma Carpe Diem
    • Hanging by ThreadsTalking to Ghosts
    • Moira Stafrace + Avenue Sky More Than Words
    • Dario GenoveseWashington Square Park
    • BeheadedIl-Kittieb 

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  Veru li ma tkont taf b’Hanging By Threads? Minn żmien għal żmien jitfaċċa xi ħadd mix-xena Maltija li niskanta li ma nkunx naf bih diġà għax ikunu attivi biżżejjed biex suppost insir naf bihom b’xi mod jew ieħor. L-aktar każ riċenti ta’ dan il-fenominu huwa dak ta’ Hanging By Threats li daqqejt l-aktar diska riċenti tagħhom — Talking to Ghosts — fl-ewwel parti tal-programm illum. Skoprejthom bis-saħħa ta’ Melodija, li hija website tassew impenjata fil-promozzjoni tax-xena mużikali Maltija, b’mod partikolari dik alternattiva. F’din il-parti llum agħżilt li ndoqq xi siltiet mill-EP No More li Hanging By Threads ħarġu aktar kmieni din is-sena. Mid-deħra l-moħħ wara Hanging by Threads huwa Chris Muscat Role’, xi ħadd li ngħid għalija qatt ma tlaqt m’ismu qabel fix-xena lokali. Mill-EP No More għażilt dawn is-siltiet illum:

    • No More
    • You Should Know
    • Strangers
    • She Might

    > Aqra aktar dwar Hanging by Threads fuq il-website ta’ Melodija

     

    Claire Cordina - Do Tree Tire of Standing Still EP cover art
    Claire Cordina – Do Tree Tire of Standing Still EP cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Do Trees Tire of Standing Still? ta’ Claire Cordina. Minn dan l-album diġà kellna żewġ siltiet fl-aħħar xhur. Waħda hija Gravity u l-oħra kienet You Want Me. Id-data tal-ħruġ uffiċjali ta’ dan l-EP, għax mhux propjament album dan, ħareġ fit-30 ta’ Mejju 2025, b’kunċert fin-97 Notes fil-Belt Valletta.  Ma’ Claire Cordina fuq dan l-EP insibu lil James Baldacchin0, li ħa ħsieb il-produzzjoni, il-kitarrist Franco Tartaglia, iċ-ċellista Lucie Kucharova, u Luke Briffa fuq id-drums. Minnu llum jiena għażilt dawn is-siltiet:

    • Do Trees Tire of Standing Still?
    • Gravity
    • You Want Me
    • Wake the Magic

    > Isma’ jew niżżel l-EP Do Trees Tire of Standing Still ta’ Claire Cordina fuq Bandcamp.

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.