Il-Vjaġġi Enċiklopediċi tiegħi, is-sensiela radjufonika fuq Campus FM, tkomplu bi programm li fih niltaqgħu ma’ diversi nies attivi fil-Moviment globali tal-Wikimedia. Dawn huwa t-tmintax-il programm, li jiġi l-ħames wieħed fit-tieni sensiela.
Vjaġġi Enċiklopediċi ma’ Toni Sant fuq Campus FM
Din id-darba niltaqgħu ma’ Dimi Dimintrov li huwa attiv professjonalment fil-Moviment Globali tal-Wikimedia fil-kuntest tal-istituzzjonijiet Ewropej. Miegħu se nitkellmu dwar diversi affarijiet inkluż kif tidħol Malta f’aspetti tal-politika Ewropeja għad-dinja onlajn.
Il-Vjaġġi Enċiklopediċi tiegħi, is-sensiela radjufonika fuq Campus FM, tkomplu bi programm li fih niltaqgħu ma’ diversi nies attivi fil-Moviment globali tal-Wikimedia. Dawn huwa s-sbatax-il programm, li jiġi r-raba’ wieħed fit-tieni sensiela.
Vjaġġi Enċiklopediċi ma’ Toni Sant fuq Campus FM
Qabel xejn inkomlu b’aktar kummenti marbuta mal-20 anniversarju mit-twaqqif tal-Wikipedia, meħuda miċ-ċelebrazzjoni globali li saret online fil-15 ta’ Jannar 2021. Dawn jiinkludu lil Tim Starling mill-Awstralja, Principle Software Architect Wikimedia Foundation (l-aktar impjeġat li ilu jaħdem mal-Fondazzjoni mill-2006 wara xi żmien jaħdem bħala voluntier), Florence DeVouard minn Franza, li bdiet tikkontribwixxi f’Ottubru 2001 fuq en.wp u eventwalment serviet ukoll bħala Chair tal-board tal-Fondazzjoni Wikimedia, Ayokanmi Oyeyemi min-Nigerja, Dr Netha Hussein mill-Iżvezja, kif ukoll Sandister Tei li hija l-ko-fundatur tal-Wikimedia Ghana kif ukoll il-Wikimedjan tas-Sena 2020. F’dan il-programm niltaqgħu ukoll ma’ Ruby Demenshie-Brown mill-Gana li taħdem mal-Open Foundation West Africa li jiffaċilitaw diversi inizjattivi marbuta mal-Wikipedia f’dik il-parti tad-dinja.
Fit-tieni parti, fejn nimirħu fl-odisseja enċiklopedjana naraw x’hemm fuq il-Wikipedija bil-Malti nagħti ħarsa lejn kif inhi rrapreżentat l-Afrika bħalissa fil-WIkipedija.