Blog

  • Mużika Mod Ieħor – 750

    Mużika Mod Ieħor – 750

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-750 edizzjoni li huwa l-ħdax-il programm fis-sitt staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Johann Caruana Dynasty of Fire
    • Mark Anthony Bartolo – Up Brown 
    • Aicha Xixa Nikompeti
    • Lord AdderOzzy Forever
    • Bila – A Thousand Wolves
    • Andre CamilleriMean & Wicked

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  Liema kien l-aktar videos bil-Malti li spikkaw fl-2025? Wasalna lejn tmiem sena oħra, u allura, kif nagħmlu kull sena f’Mużika Mod Ieħor, nibdew nagħtu ħarsa lura lejn l-aktar diski u recordings oħra li spikkaw matul is-sena biex eventwalment intom tkunu tistgħu tivvotaw għall-għażla tagħkom. Il-votazzjoni tiftaħ hekk kif tispiċċa s-sena. Illum nibdew billi nisimgħu siltiet minn uħud mill-aktar videos bil-Malti li spikkaw matul l-2025:

    • Bard – Farfett Blu
    • Myles – L-Innu tal-Bikkej
    • ONE11 – Qum Minn Hemm
    • Aicha Xixa – Illejla
    • Bruda – Nisa Tal-Lejl
    • Kiita C feat. Majċa – Mera tal-Passat
    • David Sammut il-Buggly – Il-Protesta
    • Kapitlu Tlettax feat. Liston – Tibqax Tgħix fil-Passat
    • Klikka – Żmien Ieħor
    • Pamela Bezzina – Perfett
    • Morena – Leħħa Dawl
    • Kersten Graham – Int Kollox Għalija
    • Mat Rosales – Ejja Minn Hemm
    • Jamie Cardona – Stajna Konna Aħna
    • Lara Zammit – Ma’ Nżul ix-Xemx
    • Stephanie Sant – Ikaru
    • Marija Bellia – Nixtieq Kont Banana
    • The Travellers – Dawn il-Widien
    • Cyberia –  Kaxxa

    > Ara l-aktar videos bil-Malti li spikkaw matul l-2025 fuq YouTube.

    Saħħar u Mnajdra - MDLXV Fidi Vendetta album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa MDLXV – Fidi, Vendetta ta’ Mnajdra u s-Saħħar. Dan l-album ħareġ fl-14 ta’ Novembru 2025 u huwa maqsum bejn Marton Saliba s-Saħħar u l-grupp Amerikan Mnajdra. L-album idur mal-kunċett tal-Assedju l-Kbir bis-Saħħar jinterpreta l-parti tal-Kavallieri ta’ Malta filwaqt li l-Mnajdra jinterpretaw il-parti tat Tork u l-Ottomani li attakkaw lil Malta fl-1565. Minnu diġà kellna l-opportunità nisimgħu is-silta’ kollaborattiva Iermu’s Last Cry u allura llum għażilt żewġ siltiet oħra biex ikollkom idea aħjar ta’ dan l-album ta’ mużika Black Metal, li ċertament intlaqa’ tajjeb minn dawk li jħobbu din it-tip ta’ mużika.

    • The Dawn Sword
    • Salmi Għad-Demm

    > Isma’ jew niżżel l-album MDLXV – Fidi, Vendetta ta’ Mnajdra u Saħħar fuq Bandcamp.

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

     

  • Mużika Mod Ieħor – 749

    Mużika Mod Ieħor – 749

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-749 edizzjoni li huwa l-għaxar programm fis-sitt staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Lara Zammit feat. Cher Camilleri Fid-Dlam Hemm Ġenna
    • The TravellersSbejħa 
    • Bahjat Maybe I’m the Villain
    • El FerrPeaches & Cream
    • Jamie Cardona – Mandy
    • Timmy Trumper & Zen feat. KelAddiction

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  X’inhu jagħmel Warren Galea? Dan huwa r-raba’ album, jew aħjar EP f’dan il-każ, li ħareġ dan il-mużiċist Malta mill-2019 ‘l hawn. L-ewwel kellna l-album The Odyssey li kien riżultat tal-istudji tiegħu f’New York u wara dan ippreżentalna Diadems, Troubadours fl-2022, anke jekk Meditations li ħareġ ftit tax-xhur wara kien irrekordjat qabel, waqt il-lockdown tal-pandemija tal-Covid. U issa fil-21 ta’ Novembru 2025, Warren Galea ħareġ it-Twelve-Tone Suite li fih 4 movimenti li fihom nistgħu nisimgħu l-iżvilupp tiegħu bħala kompożitur.

    > Isma’ jew niżżel Twelve-Tone Suite ta’ Warren Galea fuq Bandcamp.

    Eyes to Argus - Reboot album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Reboot ta’ Eyes to Argus. L-istess bħat-Twelve-Tone Suite ta’ Warren Galea li kellna fit-tieni parti llum, dan huwa EP aktar milli album. Dan il-kwartet formidabbli għamel xi ħaġa mhux tas-soltu b’dan l-EP. Ftit aktar minn sena ilu huma ħarġu l-album Reroot, u dan l-EP Reboot fih 4 siltiet, waħda minn kull membru ta’ din il-band li jagħti verżjoni personali ta’ waħda mis-siltiet ippreżentati f’dak l-album. Din mhux l-ewwel darba li ħadmu mill-ġdid materjal ibbażat fuq album tagħhom għax diġà kienu għamlu xi ħaġa simili, anke jekk b’mod differenti, wara l-album tagħhom Habitual li ħarġu fl-2021. Is-siltiet f’dan l-EP huma:

    • New Shapes – li hija l-verżjoni ta’ Robert Farrugia ta’ Your Piece
    • Trust The – verżjoni ta’ Procrastinator Man u More Than I Can Chew minn Samwel Mallia
    • DestinAzzjoni – maħduma minn Ben Mifsud Joslin fuq Minute u Boxes Move
    • LifeStream – minn Samuel Attard wara Bloodstream Waterfall Cannonball u Lifelift

    > Isma’ jew niżżel l-EP Reboot ta’ Eyes to Argus fuq Bandcamp.

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

     

  • Mużika Mod Ieħor – 748

    Mużika Mod Ieħor – 748

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-748 edizzjoni li huwa disa’ programm fis-sitt staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Hooli feat. Patrick Gaffiero Biża
    • AidanTaste 
    • Derrik Schembri – Ir-Raġuni
    • Peach Talk – Collidescope
    • Gaia GambuzzaSugar Rush

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  Min hi Kel? La qed nistaqsi din id-domanda it-tweġiba b’xi mod żgur li torbot ma’ dak li normalment nagħmlu fil-poddati ta’ MMI. Kel hija kantanta Taljana, jew biex inkunu aktar preċiżi Sqallija, ta’ dixxendenza Maltija. M’hemmx għalfejn ngħidu wisq aktar dwarha llum.  Fi ħsiebi ndoqq xi ħaġa oħra tagħha f’edizzjoni oħra ta’ MMI. Isimgħu dan is-set li rrekordjat live f’San Cataldo ma’ Roberto Macrì. Dan ħareġ ħareġ bħala video fit-18 ta’ Novembru 2025.

    > Ara l-video tal-Lumia Set f’San Cataldo minn Kel fuq YouTube.

    Muxu - Beautifully Lost album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Beautifully Lost ta’ Muxu. Matt Mercieca, magħruf aħjar bħala Muxu ilu ftit ma joħroġ diski ġodda tiegħu, anke jekk matul dawn l-aħħar 10 snin kien attiv ferm fix-xena mużikali bħala kittieb ta’ kanzunetti għal kantanti oħra, b’mod partikolari diversi parteċipanti Maltin tal-Eurovision. Dawn l-aħħar ħames snin kien qed jaħdmu fuq dan l-album, li huwa ukoll ktieb u audio book. Dan apparti li hemm lyric video elaborat ferm għal kull wieħed mis-siltiet li hemm fih, u dawn il-videos kollha flimkien trid madwar tlett kwarti ta’ siegħa biex tarhom kollha, l-istess ħin li jieħu l-album sħiħ mill-bidu sal-aħħar. Tajjeb ninnotaw ukoll li dan huwa l-ewwel album ta’ Muxu, avolja ħareġ ħafna kanzunetti matul il-karriera tiegħu f’dawn l-aħħar kważi 20 sena. Il-ġimgħa l-oħra daqqejt l-ewwel single maħruġa minnu, Honeymoon, wara li ħareġ l-album fit-13 ta’ Novembru 2025. Illum minn dan l-album għażilt dawn:

    • Beautifully Lost
    • Culture
    • Do It For Myself
    • Meditation

    > Ara l-videos kollha tal-album Beautufully Lost ta’ Muxu fuq YouTube.

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

  • Mużika Mod Ieħor – 747

    Mużika Mod Ieħor – 747

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-747 edizzjoni li huwa tmien programm fis-sitt staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Myles Follow
    • Alex AldenBig Sky
    • Different Minds – Different Minds
    • Muxu – Honeymoon

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  Isma’ l-ewwel edizzjoni ta’ MMI minn 20 sena ilu. Fis-19 ta’ November 2005, eżatt bħal-lum 20 sena ilu, jiena pproduċejt l-ewwel edizzjoni tal-poddata Mużika Mod Ieħor. Kont ili għaddej bil-provi sa minn Awwissu. Daqqejtx xi ħaġa minn dawn il-provi matul is-sajf li għadda ukoll b’tifkira tal-20 anniversarju. Sa ma wasalt għall-ewwel edizzjoni kont diġà ddeċidejt li podcast bil-Malti nsejħulha poddata. Il-format kien xi ftit differenti minn kif żviluppa fis-snin ta’ wara u ċertament li differenti sew minn kif inhu issa. Xorta waħda nista’ ngħid li l-iskop kien u għadu fl-istess spirtu: li flimkien nesploraw mużika tagħna mod ieħor flimkien.

    > Isma’ l-ewwel 126 edizzjoni ta’ Mużika Mod Ieħor fuq Mixcloud.

    5 Years From Now - Bank Punk album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Bank Punk ta’ 5 Years From Now. Propjament dan EP aktar milli album. Fih biss seba’ siltiet relattivament qosra, u waħda minnhom hija bonus track. Għalkemm l-isem jista’ jtik l-impressjoni mod ieħor il-kanzunetti fih huma kollha bil-Malti, ħlief għall-bonus track. Xi tnejn minnhom dehru anke fil-verżjoni video fix-xhur li għaddew. L-istil huwa ndubjament wieħed punk; hemm min isejjaħlu new punk. Boqq, in-new punk xorta punk, skont jien. Bank Punk ħareġ fis-7 ta’ Novembru 2025 fuq it-tikketta Mouth of Wind Records  u minnu llum għażilt dawn:

    • Bank Punk
    • Dum
    • Jekk Taqa’ Nkompli Ntik
    • Qum Fuq Tiegħek
    • Kmand 23
    • Fetish (bonus track)

    > Isma’ l-album Bank Punk ta’ 5 Years From Now fuq Spotify.

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.