Skip to content

Mużika 21 – numru 050

Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-50 edizzjoni li hija l-ħdax-il programm fir-raba’ staġun.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar…

Joe Mizzi  – Rebel

Ros – Isa Binti

Rodianne Spiteri – A Game to Play

Robert Attard – Għajnejn Bla Dija

Bahjat – Aladdin

Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

 

PARTI 2: Minn hu Owen Grech?  Ftit li xejn naf dwar dan il-kitarrist ħlief li f’dawn l-aħħar għaxar snin jew ftit aktar konna ltqana miegħu f’xi żewġ gruppi bħal per eżempju 12th Ode u Nisġa. Illum mhux se nisimgħu recordings minn ma’ dawn il-proġetti mużikali. Iltqajt mal-mużika inċidentali ta’ Owen Grech inċidentalment fl-aħħar jiem u jidher li għandu xi siltiet strumentali ġodda bil-kitarra. U dawn huma xi eżempji ta’ din il-mużika fuq il-kitarra ta’ Owen Grech:

  • Beloved Poem
  • Window Drops
  • Velvety Moon
  • Yellow

Isma’ l-mużika ta’ Owen Grech fuq Spotify
Antares Flare 2022 album cover art

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Antares Flare ta’ Antares Flare. Dan huwa album diġà ltqajna miegħu, aktar minn darba waqt din is-sensiela imma issa ħareġ uffiċjalment u allura ridt nagħżlu bħala l-album tal-ġurnata. Grupp internazzjonali bbażat fl-Olanda bil-konnessjoni ma’ Malta permezz tal-bassista Dean Montanaro. Illum se nisimgħu dawn l-erbgħa siltiet irrekordjati f’Ruma:

  • Bonsai Jungle
  • Mirror People
  • What’s Gonna Kill Me First?
  • Sandstones

Isma’ jew niżżel l-album ta’ Antares Flare fuq Bandcamp

 

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

Leave a comment...