Skip to content

Mużika 21 – numru 044


Is-sensiela Mużika 21 tkompli bl-44 edizzjoni li hija l-ħames programm fir-raba’ staġun.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar…

JOON  – Home

Red Electric – Fix of You

Robert Attard – Azzar fis-Sema

Dean Muscat – twentysomething

Clifford Borg – Tango Je T’Adore

Dario Mifsud Bonnici – Keep Going Now

Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

 

PARTI 2: Niftakru l-Find the Door Sessions ta’ Dario Genovese li ħarġu fuq YouTube lejn l-aħħar tal-2021. Hawn insibu tliet kanzunetti oriġinali ta’ dan il-kantawtur Malti hekk kif beda l-proċess biex jistabbilixxi ruħu wara li spiċċa minn mal-grupp The Busker li kien fih fl-aħħar snin. Effettivament dawn huma recordings ta’ kanzunetti tiegħu li huwa għamel fl-istabbiliment Find the Door li nsibu fil-Birgu. Il-kanzunetti huma:

  • Tea
  • My Lord
  • Simple Life

Ara l-videos ta’ dawn il-kanzunetti fuq il-YouTube channel ta’ Dario Genovese.

 

Lighthouse - Backseat Affairs - EP cover artPARTI 3: L-album tal-lum huwa l-EP Backseat Affairs ta’ Lighthouse. Dan huwa grupp relattivament ġdid u qed ngħid hekk għax fl-2019 diġà kienu dehru waqt l-poddati tiegħi ta’ Mużika Mod Ieħor bid-debut tagħhom What Did I Do? Ftit li xejn smajt mingħandhom minn dak in-nhar ‘l hawn, forsi anke ħabba l-pandemija. Issa tfaċċaw mill-ġdid b’dan l-EP li fih ħames siltiet li fhom tispikka l-vuċi ta’ Lianne Farrugia.

  • Look at the Man
  • Come Along
  • High School
  • In My Head
  • New Light

Isma’ l-EP Backseat ta’ Lighthouse fuq Spotify

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

Leave a comment...