Skip to content

Mużika 21 – numru 037

Is-sensiela Mużika 21 tkompli fit-tielet staġun bil-ħdax-il programm tagħha li huwa s-37 edizzjoni.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu fl-aħħar ġimgħat…

Dario Genevese – Sophia

SterjoTipi – Supereroj

Gail Attard – Live Without Me

Krista Šujak – Help Her

Chris Grech – Entwined

Antares Flare – What’s Gonna Kill Me First?

Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

 

PARTI 2: Il-missier u l-iben hija t-tema tal-lum. Din torbot ma’ dik li eventwalment se tkun it-tielet parti tal-lum ukoll imma fil-verità ili ftit biex immiss ma’ dan is-suġġett.  Se nibda b’missier u mhux iben wieħed imma tnejn li lkoll kemm huma dehru f’edizzjonijiet preċedenti ta’ Mużika 21.  Qed nirreferi għall-kitarrist Joe S. Grech w uliedu Chris u Julian Grech.

  • Joe S. GrechMalta Ħanina
  • Frenzy MonoCrimson Deep

Propjament wasalt għal dan is-suġġett minħabba żball żgħir, imma sinifikanti li għamilt fuq il-wiki tal-M3P ftit tal-ġranet ilu. Ma kontx naf li Denzel Jo Armani jiġi iben Joseph Armani. Ġibdli l-attenzjoni dwar dan il-fatt sinifikanti l-ħabib tagħna Mario Axiaq, u minn hawn nirringrazzjah ta’ dan u tant ħidma oħra li jagħmel b’risq ix-xena tal-mużika Maltija.

  • Joseph Armani & Corvin DalekRide Me (Ħu Pjaċir)
  • Denzel Jo Arman & Kevin PaulOne More Night

 

Mirage - Four on the floor - album cover artPARTI 3: L-album tal-lum huwa Four on the Floor ta’ Mirage. Dan huwa album ġdid b’siltiet fil-biċċa l-kbira qodma ta’ dan il-grupp popolari Malti li ilu attiv mill-1977. Din s-sena qed jiċċelebraw 40 sena mill-akbar kunċert ta’ mużika rock Maltija lii kien sar fl-1982 f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi. Ma’ dan l-album ħarġu wkoll 3 albums oħra: tnejn li kienu ħarġu qabel fuq cassette – For Absent Frends tal-1982 u Garage Technology tal-1987 –  kif ukoll Chapter 3 li fih diversi siltiet li ma kienux ħarġu recordiings tagħhom qabel. Hawn toħroġ ir-rabta mat-tema tat-tieni parti tal-lum għall-fatt li d-drummer u l-kantant tal-Mirage issa huma ulied il-bassista Jon Vella Zarb tal-istess grupp. Mir-raba’ album tal-Mirage, Four on the Floor, li ħareġ fuq Bandcamp mal-oħrajn kollha fl-14 ta’ Mejju 2022,  nisimgħu:

  • Light of Day
  • Kompjuter (verżjoni 2022)
  • Quattro Formaggi

Tista’ tisma’ jew takkwista l-albums ta’ Mirage fuq Bandcamp.

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

Leave a comment...