Skip to content

Mużika 21 – numru 035

Is-sensiela Mużika 21 tkompli fit-tielet staġun bid-disa’ programm tagħha li huwa l-35 edizzjoni.

PARTI 1: Diski godda li ħarġu fl-aħħar ġimgħat…

Lyndsay Pace – Hanging

Amber Bondin – I Need You

Danica Muscat u Kapitlu Tlettax – Għażiż

DCapitals feat. Francesca Sciberras – Jekk Trid

1905 – Għix fil-Preżent

Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

 

PARTI 2: Daqshekk Akalé Wubé. Ftit tal-ġimgħat ilu kont qed inqalleb fuq Facebook u sibt post ta’ Oliver Degabriele fejn iddikjara li l-band franċiża Akale Wubé mhux se tibqa’ flimkien. Oliver kien il-bassist tagħha għal dawn l-aħħar aktar minn 10 snin. L-ewwel album tagħhom ħareġ fl-2010 u kont daqqejt siltiet minnu fuq Mużika Mod Ieħor mill-ewwel dik is-sena stess. Matul is-snin ħarġu sitt album, bl-aktar wieħed riċenti, l-aħħar wieħed propju ftit tal-ġimgħat ilu lejn l-aħħar t’April. L-aħħar album jismu Anabessa u huwa ddedikat kollu kemm hu għall-mużika ta’ Manu Debango, mużiċist ċelebri mill-Kamerun li kien fost l-ewwel vittmi tal-Covid-19 fl-Marzu tal-2020. Se nisimgħa silta minn dan l-album il-ġdid imma nisimgħu ukoll żewġ siltliet mill-ewwel żewġ albums tagħhom ukoll:

  • Jawa Jawa (mill-album debut fl-2010)
  • Dodo (mill-album Mata tal-2012)
  • African Pop Session (flimkien ma’ Manu Debango fill-album Anabessa tal-2022)

Tista’ tisma’ l-mużika ta’ Akalé Wubé fuq Spotify.

 

Introwerks - Voronoi Fracture album cover artPARTI 3: L-album tal-lum huwa Voronoi Fracture ta’ In†rσwΣrks. Dan huwa l-album debut ta’ Introwerks, u nħareġ fit-30 t’April 2022 fuq Bandcamp. Dan inħareġ mid-ditta tad-diski Wirebox Records, li twaqqfet minn Introwerks innifsu flimkien ma’ Acidulant fl-2018. F’Mużika 21 iltaqjna mal-mużika ta’ Wirebox Records f’edizzjonijiet preċedenti meta daqqejtilkom siltiet mill-EP The Vat of Acid ta’ Nooġ, kif ukoll l-album li ħareġ is-sena l-oħra Teknoloġija: l-Ewwel Volum li jinkludi siltiet minn l-aqwa esponenti tal-mużika elettronika f’Malta.  Minn Voronoi Fracture ta’ Introwerks għażilt dawn is-siltiet:

  • Fragments
  • Synth With No Name
  • Shatter
  • Wicked
  • Break

Tista’ tisma’ jew takkwista l-EP Voronoi Fracture ta’ In†rσwΣrks fuq Bandcamp.

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

Leave a comment...