Skip to content

Mużika 21 – numru 032

Is-sensiela Mużika 21 tkompli fit-tielet staġun tagħha bit-32 programm.

PARTI 1: Diski godda li ħarġu fl-aħħar jiem…

Martin Garrix & Shaun Farrugia – If We’ll Ever Be Remembered

Ira Losco – Going for Gold (SPECIAL OLYMPICS Invitaton Games  2022 Theme)

Raquel Galdes – Over You

Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

 

PARTI 2: X’inhu ġej…dalwaqt? It-tieni parti tal-lum prattikament tkompli mal-ewwel parti għax hija magħmula minn diski ġodda li ħarġu fl-aħħar jiem.  Id-differenza hawnhekk, però, hija li dawn huma kollha siltiet minn album li ħerġin fil-jiem jew ġimgħat li ġejjin:

Angie Vella Zarb – Invitation (mill-album Funny Face li ħiereġ dalwaqt)

Andre Camilleri – Waiting for the Sun to Rise (title track mill-album tal-istess isem, li għadu kemm ħareġ fl-1 ta’ Mejju)

Joe Mizzi feat Wayne Camilleri – Skylight (mill-album Psychotic Tranquillity li ħiereġ fl-1 ta’ Lulju)

Introworks – Pram (mill-album Voronoi Fracture li għadu kemm inħareġ minn Wirebox fit-30 t’April)

Xhud / Glen Montanaro – Borders (mill-album li ħiereġ fil-21 ta’ Mejju)

Id-dettalji tas-albums kollha maħruġa matul l-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

 

Golden Psalms album cover artPARTI 3: L-album tal-lum mhux strettament wieħed mix-xena lokali. Xorta waħda għandu rabta ma’ Malta, sintendi. Kieku ma kienx hekk allura ma kontx nagħżlu għal waqt dan il-programm. L-album huwa Golden Psalms tal-grupp bl-istess isem. Il-kitarrist Malti Peter Sant (li m’għandu ebda relazzjoni miegħi) idoqq ukoll is-synths f’dan it-trio strumentali, li jinkludi ukoll lil James Harris fuq il-bass
u Nick Drake (le, mhux dak!) fuq id-drums.  L-album fih 11-il silta u minnhom se nisimgħu dawn l-4:

  • Crooked Books
  • Tides of Light
  • Mary Middlemore
  • End User

Tista’ tisma’ jew takkwista l-album debut ta’ Golden Pslams fuq Bandcamp.

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

Leave a comment...