Skip to content

Mużika 21 – numru 025

Is-sensiela Mużika 21 tkompli fit-tieni staġun bil-ħamsa u għoxrin programm.

PARTI 1: Aktar diski Maltin ġodda mill-2022:

Luke Chappell – A House is Not a Home

JOON – Watch The Sky (Neu-Romance Remix)

Bitterside – The Past (Alternate Version)

Andre Camilleri – Stand Like A Rock (minn You Can’t Take Nothing to the Other Side)

Nicky Bomba – Bubble Time (minn Food & Shelter)

Storace – Live and Let Live

 

PARTI 2: It-tema tal-programm tal-lum hija Manwel T. Nisimgħu erba’ siltiet ta’ dan il-mużiċist Malti li ilu attiv fix-xena alternattiva għal aktar minn 30 sena. Naturalment niffokaw l-aktar fuq materjal tiegħu mis-seklu 21, b’siltiet relattivament riċent u oħrajn minn ftit tas-snin ilu.

  • Oneness (2020)
  • Ethernal Horns (2020)
  • Bombastic Ska (2015)
  • Selasse I Dub (2009) ma’ Mind’s Eye Dub

https://www.tonisant.com/wp/wp-content/uploads/2022/03/Tom-Caruna-Strange-Planet-cover-art
PARTI 3: L-album ta’ llum jorbot ma’ dik il-kategorija ta’ artisti li ltqajna magħha anke aktar kmieni fil-programm tal-lum: il-Maltin ta’ barra. Tom Caruana ħareg l-album Strange Planet fl-4 ta’ Marzu 2022. Minnu se nismgħu dawn is-siltiet:

  • 3000 Volt Scarf feat Lee Scott
  • Lost My Way feat Maddy
  • Chains feat Dillon

Tista’ tisma’ jew takkwista l-album Strange Planet ta’ Tom Caruana fuq Bandcamp.

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

Leave a comment...