Skip to content

Mużika 21 – numru 024

Is-sensiela Mużika 21 tkompli fit-tieni staġun bl-erbgħa u għoxrin programm.

PARTI 1: Diski Maltin ġodda ewwel xhur tal-2022:

Bee – Perfect Stranger

Dylan de Bono – You Got Me So High

The Travellers – Ħobbni Kemm Trid

Gaia Cauchi – Taħt Ħarstek

 

PARTI 2: It-tema tal-programm tal-lum hija diski li kważi ħarbuli. Xi jfisser dan? Hemm numru ta’ diski u recordings oħra li ħarġu fl-aħħar sena, jiġifieri fl-2021, li ma nkludejthom la fil-poddati ta’ Mużika Mod Ieħor u wisq anqas f’xi wieħed mill-programmi tiegħi fuq Campus FM.  Ma nafx eżatt għaliex ġara dan, u mhux dejjem għall-istess raġuni. Għax ġara hekk, dawn ma daħlux fl-MMI Listeners’ Picks Poll tal-2021. Dawn il-ħames siltiet li ġejjin jaqgħu propju f’din il-kategorija:

 

PARTI 3: L-album ta’ llum huma wiieħed mill-ewwel EPs Maltin li ħarġu fl-2022. Dan huwa Imħabba mill-Imsida ta’ 1905.  Miguel Vella huwa one nine zero five, dan l-isem, jew aħjar numru, li jirrekordja bih mhux biss dan l-EP imma anke diversi siltiet oħra.  Waqt il-programm tal-lum nisimgħu l-EP kollu, b’dawn is-siltiet:

  • Emozzjonijiet Umani
  • Meta Ngħid Inħobbok
  • Gucci Gucci Tutti Frutti
  • Ġenna Ma’ Ġembek
  • Nagħfġek Ma’ Qalbi

Tista’ tisma’ jew takkwista l-album Imħabba mill-Imsida ta’ 1905 fuq Bandcamp inkella fuq YouTube bil-lirika ta’ kull kanzunetta.

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

Leave a comment...