Skip to content

Mużika 21 – numru 022

Is-sensiela Mużika 21 tkompli fit-tieni staġun bit-tnejn u għoxrin programm.

PARTI 1: Diski Maltin ġodda fl-2022:

Bruce Samut – Good Things Take Time
Warren Schembri – Heartbeat

 

PARTI 2: It-tema tal-programm tal-lum hija tislima lil Chris Scicluna fil-kuntest ta’ Mużika 21. Xi jfisser dan? Chris Scicluna ħallena ftit tal-ġranet ilu, propjament fit-18 ta’ Frar 2022, dak in-nhar li kien qed tiġi ppreżentata l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Malta Eurovision Song Contest. Naturalment Chris, flimkien mal-mara tiegħu Moira, huma magħrufa l-aktar għas-sehem tagħhom f’dan il-konkors annwali lura mill-bidu tas-snin 90. Tant hu hekk li kull tislima lil Chris meta ħalliena, kienet talludi kważi esklussivament għal dak l-perjodu fil-karriera tiegħu, u forsi l-aktar għall-ħidma tiegħu mix-xena tal-mużika rock f’Malta qabel dan, li wasslet biex huwa jieħu sehem fil-Eurovision Song Contest. Iżda, kif jixraq fil-programmi ta’ Mużika 21, fejn nismgħu ħsejjes minn Malta tas-seklu 21, tajjeb niftakru u nisimgħu ukoll, recordings aktar riċenti ta’ Chris Scicluna.

F’din il-parti tal-programm allura nisimgħu xi siltiet mir-repertorju ta’ Chris u Moira mill-2004 u x-xogħol tagħkom flimkien mal-grupp Krave: madwar l-2014:

  • What You’re Thinking (2015 radio edit)
  • Flight 170 (remastered 2014)
  • Moonman – minn Uncivilized (2004)
  • No Turning Back – minn Uncivilized (2004)
  • FiItering My Tears – minn Ninety Nights and a Monday (2014)
  • Miss the Rain – minn Ninety Nights and a Monday (2014)

Sib Uncivilized (2004) fuq Apple Music u isma’ Ninety Nights and a Monday (2014) fuq Spotify

Talkiing - Charles Gatt cover art
PARTI 3:
L-album ta’ llum huwa l-aħħar xogħol irrekordjat ta’ Charles Gatt magħruf aħjar bħala s-City. Talking ħareġ fl-2020 hekk kif faqqgħet il-pandemija tal-Covid u minħabba f’hekk dan l-album kważi kważi ntilef, fis-sens li ma kienx hekk kunċerti jew dehriet fuq it-TV u hekk biex jiċċelebrawh.  Talking  fih ħames siltiet li huma kollha kompożizzjonijiet ta’ Charles Gatt, li jinterprethom fuq il-drums, vibes u perkussjoni oħra, flimkien ma’ Dominic Galea li jakkumpanjah fuq il-pjanu, keyboards u l-melodika. Ilum se nisimgħu 3 siltiet minnu, anke biex nfakkru lil dan il-mużiċist tassew sinifikanti Malti li miet ftit tal-ġranet ilu, fid-19 ta’ Frar 2022:

  • Natural High
  • Eastern Sunset
  • Talking

Tista’ tisma’ l-album Talking ta’ Charles Gatt fuq Spotify.

 

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

Leave a comment...