Skip to content

Mużika 21 – numru 020

Is-sensiela Mużika 21 tkompli fit-tieni staġun bl-għoxrin programm.

PARTI 1: Li fadal mid-diski li ħarġu minn Malta f’Jannar tal-2022:

Tryst Arcane – Spiral Meandering
Mogadishu – Bonfire
Luke Chappelle & Playyard – Waste My Time
3mg – Over
Clifford Borg – Chiaroscuro

 

PARTI 2: It-tema tal-programm tal-lum hija mużika mill-periferja fl-bidu tal-2022. Wara li ħarisna lejn Orami f’edizzjoni preċedenti, artist li dwaru ma naf prattikament xejn ħlief xi siltiet ta’ mużika maħruġa online, illum inħarsu lejn żewġ esponenti differenti ferm minn xulxin li, l-istess bħal Orami, ma jindaqqux fuq ir-radju f’Malta u allura effettivament jistgħu jitqiesu fil-periferija, jew fix-xifer, ta’ dak li naħsbu dwaru meta ngħidu mużika minn Malta.

Tricia Dawn Williiams – 10 Graded Piano Pieces by Maltese Composers li fih kompożizzjonijiet oriġinali għall-pjanu minn kompozituri Maltin kontemporaji li jinkludu lil Alex Vella Gregory, Ruben Zahra, Paul Portelli, Chris Muscat, Albert Garzia, u Véronique Vella. Minn dan l-EP nisimgħu:

  • Sunset ta’ Reuben Pace
  • One Day in November ta’ Mariella Cassar

Dan l-EP tista’ ssibu fuq Spotify.

ZenDanceProject – dan huwa proġett ibbażat fi Spanja mill-kantant David Aquilina u l-kitarrist Robert Agius, bl-involviment tal-aħwa Jimmy u John Bartolo. Ilhom attivi b’dan l-isem minn Otturbu tal-2019. Apparti hekk, ftit li xejn naf aktar dwar dan il-proġett. Mingħandhom se nisimgħu 3 siltiet riċenti:

  • Vinci
  • I Am the Sludge
  • Light My Way

Issibuhom fuq il-Bandcamp u Spotify.

Andre Camilleri - The Only Way Is Up album cover art
PARTI 3: L-album ta’ llum huwa l-ewwel wieħed mill-2022 mill-kantawtur prolifiku Malti-Awstraljan Andre Camilleri li jismu The Only Way Is Up. Id-disinn tal-qoxra ta’ dan l-album hija ta’ Lucinda Camilleri. Għalkemm għadu ma ħabbarx albums oħra għall-2022, huwa mistenni li Andre Camillerii joħroġ aktar diski matul din is-sena.  Intant nisimgħu erba’ siltiet minnu:

  • Let the Rain Come Down
  • I Made Up My Mind
  • Back to Square One
  • Too Little Too Late

Tista’ tisma’ l-album The Only Way Is Up ta’ Andre Camilleri fuq Bandcamp.

 

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

Leave a comment...