Skip to content

Mużika 21 – numru 016

IVVOTA: MMI 2021 Listeners’ Picks Poll

L-għażliet jintlaqgħu sal-31 ta’ January 2022.


Is-sensiela Mużika 21 tkompli fit-tieni staġun bis-sittax-il programm.

PARTI 1: Aktar diski ġodda li ħarġu minn Malta fl-ewwel jiem tal-2022:

Luke Cieca – Our Own Way
Janvil – Saving Grace
Lyndsay – I Breathe for You
The ClayTones – We Tryed

 

PARTI 2: Inkomplu niffokaw fuq il-MMI 2021 Listeners’ Picks Poll billi nisimgħu xi siltiet minn uħud mill-aħjar albums li ħarġu s-sena l-oħra:

Big Band BrothersIl-Ġżira tat-Tamla mill-album Xehda.

LapesKontroll mill-album Meħba Malta.

SkaldNatura mill-album tagħhom Kura.

Tempji – Frawli mill-album tal-ġimgħa l-oħra Teknoloġija: Mużika Elettronika minn Malta (L-Ewwel Volum) maħruġ minn Wirebox Records fil-11 ta’ Diċembru.

Fadal ġimgħatejn oħra…u int għadek biċ-ċans li tivvota għall-għażliet tiegħek sal-aħħar ta’ Jannar?

 

Scream Daisy 2007 cover art
PARTI 3: L-album ta’ llum huwa wieħed mill-imgħoddu, anke jekk xorta mis-seklu 21: Scream Daisy maħruġ mill-grupp Scream Daisy fl-2007. Dan l-album fih 11-il silta b’kollox u kien ivvotat bħala l-album tas-sena 2007 fuq il-poll bl-għażliet tas-semmiegħa tal-poddati ta’ Mużika Mod Ieħor.

Minnu nisimgħu dawn l-4 siltiet, u nibdew b’dik li aktarx kienet l-aktar waħda popolari mis-siltet kollha li fih dan l-album: Pretty – il-video ta’ din is-silta kien ivvotat fil-quċċata tal-kategorija tal-video fl-istess poll ta’ MMI fl-2007.

Warajha nisimgħu ukoll Bees u Astronaut, kif ukoll nagħlqu bis-silta li tiftaħ dan l-album, Seeing Is Believing.

Tista’ tisma’ l-album kollu fuq Spotify jew tixtriħ bħala download tal-iTunes fuq Apple Music.

 

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

Leave a comment...