Mużika 21 – numru 015

IVVOTA: MMI 2021 Listeners’ Picks Poll

L-għażliet jintlaqgħu sal-31 ta’ January 2022.


Is-sensiela Mużika 21 tkompli fit-tieni staġun bil-ħmistax-il programm.

1. L-ewwel diski li ħarġu minn Malta fl-2022:

Digital BlackDistant Light

Daniel SantChick

Tom CaruanaFury – I Won’t (remix)

 

2. Niffokaw fuq il-MMI 2021 Listeners’ Picks Poll. Wara ġimgħa ta’ voti, dawn huma l-għażliet fil-quċċata ta’ kull kategorija.

Scarlet PimpernelCould Be Sweeter mill-album Scarlet Pimpernel.

The New Victorians mal-Lapes – Min Jaf mill-EP If I Had To Tell You the Truth.

AmberThat’s Life (acoustic) maħruġa online apparti fl-album tagħha 1991.

Alexandra Alden – Hellium

The Travellers – Il-Biża’

Lyndsay – Sick of Me

Fadal 3 ġimgħat oħra…allura kemm hemm lok li jinbidlu s-sitt għażliet tas-semmiegħ ta’ Mużika Mod Ieħor sal-aħħar ta’ Jannar?

 

Teknoloġija - Mużika Elektronika Maltija - L-Ewwel Volum - cover art3. L-album ta’ llum huwa Teknoloġija: Mużika Elektronika Maltija – L-Ewwel Volum maħruġ mit-tikketta tad-diski Wirebox Records fil-11 ta’ Diċembru 2021.

Minnu nisimgħu dawn l-4 siltiet mis-26 li fih magħżula minn Neil Hales (Acidulant) u Christian Attard (In†rσwΣrks):

Duo BlankMatis Is Free

JOONMaskli

Jay ZingaJuggernaut

AcidulantAlienX

Dan l-album jinbiegħ bħala CD u/jew download fuq Bandcamp.

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

Leave a comment...