Skip to content

Mużika 21 – numru 014

IVVOTA: MMI 2021 Listeners’ Picks Poll

L-għażliet jintlaqgħu sal-31 ta’ January 2022.


Is-sensiela Mużika 21 tidħol fit-tieni staġun bl-erbgħatax-il programm, li huwa l-ewwel wieħed għall-2022.

1. Nibdew inħallu warajna s-sena 2021 b’dawn is-sliet:

DjunFil-Pjazza tar-Raħal mis-sensiela Il-Medda tal-Ħoss ta’ Smash TV mill-2000, b’tifkira ta’ Enzo Gusman li miet fis-17 ta’ Diċembru 2021.

Dawn huma xi personalitajiet oħra mix-xena mużikali li ħallewna matul is-sena li għaddiet:

    • Tony D’Amato (3 ta’ Jannar)
    • Sammy Galea (18 ta’ Jannar)
    • David Murphy – kitarrist ma’ The Graduates (21 ta’ Jannar)
    • Cynthia Turner (1 ta’ Frar)
    • Pawlu Grech (10 ta’ Frar) l-għada ta’ Chick Corea
    • Jon Lukas Woodenman (11 ta’ Ġunju)
    • Mikis Theodorakis ta’ 96 sena (2 Settembru)
    • Colin Grech – drummer ma’ Ivory Cross (5 ta’ Settembru)
    • John Manicolo tal-Exotique (11 ta’ Settembru)
    • Fr Karm Borg mssp (23 ta’ Novembru)
    • Laurie Simpson (27 ta’ Novembru)
    • Gilbert Jill St John – bassist ma’ The Echoes (29 ta’ Novembru)

Chellcy Reitsma – Happy New Year

Kyle George – Back to You

The Clintess – Angel

DiggerThings ft Blaze Bayley – Ruby Eyes

2. Min hu Joseph Aquilina? Kantant Malti bbażat fl-Ingilterra. Mingħandu nisimgħu żewġ sliet li jidher fihom mill-album ta’ Chicane, li jismu Everything We Had To Leave Behind. Apparti t-title track, is-silta l-oħra hija 1000 More Suns.

Immorru lura fis-snin ukoll u nsibu lil Aquilina mal-grupp tiegħu li jġib kunjomu bis-silta oriġinali More To Ask. Din kont daqqejtha l-ewwel darba f’April tal-2006 waqt il-21 edizzjonii ta’ Mużika Mod Ieħor. Dan kont skoprejtu fuq il-MySpace, dak iż-żmien, imma issa erġajt sibtu ukoll fuq Soundcloud.

Sandro Zerafa - Last Niight When We Were Young3. L-album tal-lum huwa Last Night When We Were Young ta’ Sandro Zerafa. Dan ħareġ f’Jannar tas-sena l-oħra u fih diversi standards tal-jazz irranġati minn dan il-kitarrist Malti bbażat f’Pariġi. Minnu għażilt dawn l-erba’ siltiet: You Do Something to Me (Cole Porter), Love is a Many Splendored Thing (Sammy Fain u Paul Francis Webster), If I Had You (Jimmy Campbell + Reg Connelly + Ted Shapiro), u Last Night When We Were Young (Harold Arlen u Yip Harburg).

Dan l-album jinbiegħ bħala CD u/jew download fuq Bandcamp.

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

Leave a comment...