Vjaġġi Enċiklopediċi 020 + 021

Il-Vjaġġi Enċiklopediċi tiegħi, is-sensiela radjufonika fuq Campus FM, tkomplu b’żewġ programmi li fihom niltaqgħu ma’ aktar nies attivi fil-Moviment globali tal-Wikimedia. Dawn huwa l-għoxrin u l-wieħed u għoxrin programm, li jiġi s-seba’ u tmien wieħed fit-tieni sensiela.

Vjaġġi Enċiklopediċi ma' Toni Sant

Vjaġġi Enċiklopediċi ma’ Toni Sant fuq Campus FM

F’dawn iż-żewġ programmi niltaqgħu ma’ John Cummings, li huwa il-Wikipedista Residenti mal-UNESCO f’Pariġi.  Miegħu nitkellmu diversi aspetti tal-użu tal-Wikipedia fil-kuntest tal-Ġnus Magħquda, kif ukoll punti oħra mill-esperjenza vasta tiegħu bħala Wikipedist għal aktar minn 10 snin.

Fit-tieni parti, fejn nimirħu fl-odisseja enċiklopedjana nagħti wkoll ħarsa lejn kif jidhru l-Ġnus Magħquda u Siti ta’ Wirt Dinji fuq il-Wikipedija bil-Malti..

Il-programmi huma disponibbli online wara li jixxandru t-Tlieta fil-4:30pm, jew fir-ripetizzjoni ta’ nhar il-Ħamis fit-3pm.

Dis-sensiela hija produzzjoni tal-M3P Foundation għal Campus FM.

Vjaġġi Enċiklopediċi

Leave a comment...