Vjaġġi Enċiklopediċi 019

Il-Vjaġġi Enċiklopediċi tiegħi, is-sensiela radjufonika fuq Campus FM, tkomplu bi programm li fih niltaqgħu ma’ diversi nies attivi fil-Moviment globali tal-Wikimedia. Dawn huwa d-dsatax-il programm, li jiġi s-sitt wieħed fit-tieni sensiela.

Vjaġġi Enċiklopediċi ma' Toni Sant

Vjaġġi Enċiklopediċi ma’ Toni Sant fuq Campus FM

Din id-darba niltaqgħu ma’ LiAnna Davis, mill-Fondazzjoni Wiki Education fl-Istati Uniti tal-Amerika.  Magħha nitkellmu dwar il-użu tal-Wikipedia fil-qasam edukattiv, mod speċjali fl-Universitajiet madwar id-dinja.

Fit-tieni parti, fejn nimirħu fl-odisseja enċiklopedjana nagħti wkoll ħarsa lejn il-multilingwiżmu fuq il-Wikipedija bil-Malti..

Il-programmi huma disponibbli online wara li jixxandru t-Tlieta fil-4:30pm, jew fir-ripetizzjoni ta’ nhar il-Ħamis fit-3pm.

Dis-sensiela hija produzzjoni tal-M3P Foundation għal Campus FM.

Vjaġġi Enċiklopediċi

Leave a comment...