Skip to content

Vjaġġi Enċiklopediċi 009+010

Il-Vjaġġi Enċiklopediċi tiegħi fuq Campus FM ikomplu bid-disa’ u l-għaxar programm.

Vjaġġi Enċiklopediċi ma' Toni Sant
Vjaġġi Enċiklopediċi ma’ Toni Sant fuq Campus FM

L-ewwel niltaqgħu ma’ Dr Rebecca O’Neill, li hija l-koordnatur ta’ Wikimedia Community Ireland u wara niltaqgħu ma’ Sabina Bonnici persuna ta’ dixxendenza Maltija li tgħix f’Dublin. Magħhom nitkellmu dwar attivitajiet tal-Wikipedija fl-Irlanda kif ukoll l-interessi personali tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam ma’ din l-enċiklopedija onlajn.

Fit-tieni parti, fejn nimirħu fl-odisseja enċiklopedjana li twassalna biex naraw artikli tal-Wikipedija dwar suġġetti vajri, naraw artikli dwar x’inhu kuratur u dak li tgħid il-Wikipedija dwar in-naħla.

Il-programmi huma disponibbli online wara li jixxandru bħal-lum it-Tlieta fil-4:30pm, jew fir-ripetizzjoni ta’ nhar il-Ħamis fit-3pm.

Dis-sensiela hija produzzjoni tal-M3P Foundation għal Campus FM.

Vjaġġi Enċiklopediċi

Leave a comment...