Skip to content

Vjaġġi Enċiklopediċi 005

Il-Vjaġġi Enċiklopediċi tiegħi fuq Campus FM ikomplu bil-ħames programm.

Vjaġġi Enċiklopediċi ma' Toni Sant
Vjaġġi Enċiklopediċi ma’ Toni Sant fuq Campus FM

Fil-ħames programm fis-sensiela ta’ Vjaġġi Enċiklopediċi nerggħu niltaqgħu ma’ Mark Vella, Uffiċjal għal-Lingwa, Fir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta. Miegħu nitkellmu dwar l-użu tal-Malti f’kuntesti diġitali, b’mod partikolari onlajn u fil-Wikipedija qabel ma jgħaddi biex jispjega ċertu dettalji tekniċi dwar it-traduzzjoni fuq livell professjonali li ssir fl-istuzzjonjiet Ewropej.

Fit-tieni parti, fejn nimirħu fl-odisseja enċiklopedjana li twassalna biex naraw artikli tal-Wikipedija dwar suġġetti vajri, nibdew biex flimkien infittxu dwar kaħħal (idea ta’ Mark din!) però jien nispiċċa nżur il-piramidi tal-Eġittu minflok.

Il-programmi huma disponibbli online wara li jixxandru bħal-lum it-Tlieta fil-4:30pm, jew fir-ripetizzjoni ta’ nhar il-Ħamis fit-3pm.

Dis-sensiela hija produzzjoni tal-M3P Foundation għal Campus FM.

[archiveorg VEToniSant005 width=640 height=140 frameborder=0 webkitallowfullscreen=true mozallowfullscreen=true]

Leave a comment...