Vjaġġi Enċiklopediċi 004

Il-Vjaġġi Enċiklopediċi tiegħi fuq Campus FM ikomplu bir-raba’ programm.

Vjaġġi Enċiklopediċi ma' Toni Sant

Vjaġġi Enċiklopediċi ma’ Toni Sant fuq Campus FM

Fir-raba’ programm fis-sensiela ta’ Vjaġġi Enċiklopediċi nerggħu niltaqgħu ma’ Neville Borg, is-Segretarju tal-għaqda voluntarja Wikimedia Community Malta. Din id-darba huwa jitkellem dwar ir-riċerka tiegħu għal PhD li qed jagħmel fl-Università ta’ Salford qabel jgħaddi biex jispjega aktar dwar din l-għaqda li tippromwovi l-ħidma tal-Wikimedia f’Malta, inkluż il-Wikipedija (i.e. il-Wikipedia bil-Malti) permezz ta’ sensiela ta’ attivitajiet li ilhom jiġu organizzati f’Malta f’dawn l-aħħar 5 snin.

Fit-tieni parti, fejn nimirħu fl-odisseja enċiklopedjana li twassalna biex naraw artikli tal-Wikipedija dwar suġġetti vajri, nagħmlu pass lura u naraw x’tgħid il-Wikipedija dwar x’inhi Enċiklopedija.

Il-programmi huma disponibbli online wara li jixxandru bħal-lum it-Tlieta fil-4:30pm, jew fir-ripetizzjoni ta’ nhar il-Ħamis fit-3pm.

Dis-sensiela hija produzzjoni tal-M3P Foundation għal Campus FM.

Leave a comment...