Skip to content

Vjaġġi Enċiklopediċi 002+003

Il-Vjaġġi Enċiklopediċi tiegħi fuq Campus FM bdew u issa jmiss it-tieni u t-tielet wieħed.

Vjaġġi Enċiklopediċi ma' Toni Sant
Vjaġġi Enċiklopediċi ma’ Toni Sant fuq Campus FM

Kelli raġun ngħid dejjem li x-xandir li għamilt fl-aħħar 20 sena permezz tal-internet kien sempliċi kontinwazzjoni ta’ dak kollu li jiena nipproduċi u nippreżenta regolarment għar-radju fis-snin ta’ qabel. Tant hu hekk li ħadd ħlief jien ma ta każ wisq il-fatt li jiena erġajt qed inxandar regolarment fuq ir-radju issa wara dawn is-snin kollha nieqes minn fuq il-frekwenzi tal-FM f’Malta.

Fit-tieni u t-tielet programm fis-sensiela ta’ Vjaġġi Enċiklopediċi niltaqgħu ma’ Tony Micallef u Neville Borg, li huwa l-President u s-Segretarju, rispettivament, tal-għaqda voluntarja Wikimedia Community Malta. Huma jitkellmu l-enċikolpediji fid-dar tagħhom, qabel jgħaddu biex jispjegaw aktar dwar din l-għaqda li tippromwovi l-ħidma tal-Wikimedia f’Malta, inkluż il-Wikipedija (i.e. il-Wikipedia bil-Malti) permezz ta’ sensiela ta’ attivitajiet li ilhom jiġu organizzati f’Malta f’dawn l-aħħar 5 snin.

Fit-tieni parti, fejn nimirħu fl-odisseja enċiklopedjana li twassalna biex naraw artikli tal-Wikipedija dwar suġġetti vajri, spiċċajna fil-lokalità tal-Gżira ma’ Tony, u fil-profil dwar l-artista Isabelle Borg ma’ Neville.

Il-programmi huma disponibbli online wara li jixxandru bħal-lum it-Tlieta fil-4:30pm, jew fir-ripetizzjoni ta’ nhar il-Ħamis fit-3pm.

Dis-sensiela hija produzzjoni tal-M3P Foundation għal Campus FM.

Leave a comment...